Help Print this page 
Title and reference
Espożizzjoni għal radjazzjoni ottika artifiċjali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Espożizzjoni għal radjazzjoni ottika artifiċjali

L-Unjoni Ewropea (UE) tistipula ħtiġijiet armonizzati minimi għall-protezzjoni ta’ ħaddiema kontra r-riskji li ġejjin minn espożizzjoni għal radjazzjoni ottika artifiċjali (eżempju UVA, lażer, eċċ).

ATT

Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fitt-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE).

SOMMARJU

Din id-Direttiva hija parti minn pakkett ta’ erba’ Direttivi dwar l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li ġejjin minn sustanzi fiżiċi: ħoss, vibrazzjoni, kampi elettromanjetiċi u radjazzjoni ottika.

Din hija Direttiva taħt id-Direttiva qafas 89/391/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema waqt ix-xogħol.

Ir-riskji tar-radjazzjoni ottika u ambitu

L-espożizzjoni tal-ħaddiema għal radjazzjoni ottika artifiċjali , lażer , radjazzjoni tal-lejżer u radjazzjoni mhux koerenti jista’ jkollha effetti avversi kroniċi fuq l-għajnejn u l-ġilda.

Din id-Direttiva tnaqqas il-livell ta’ espożizzjoni għal din ir-radjazzjoni, l-ewwel billi tintroduċi miżuri preventivi fid-diżinn tal-istazzjonijiet tax-xogħol, sabiex tnaqqas ir-riskji mis-sors. Tiffissa wkoll valuri ta’ limitu għal ħaddiema esposti għal radjazzjoni mhux koerenti u radjazzjoni tal-lejżer (Anness 2).

L-obbligi ta’ min iħaddem

  • Valutazzjoni tal-livell ta’ radjazzjoni. L-ewwel, min iħaddem jivvaluta jew ikejjel il-livelli ta’ radjazzjoni ottika li għaliha huma esposti l-impjegati sabiex ikunu jistgħu jitnaqqsu jekk jaqbżu l-limiti applikabbli. Dan ikejjilhom fuq il-bażi tal-istandards tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC), il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Illuminazzjoni (CEI) u Kumitat Ewopew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), jew fin-nuqqas ta’ dan, bl-użu ta’ linji gwida nazzjonali jew internazzjonali disponibbli bbażati fuq ix-xjenza.
  • Tnaqqis tar-riskji. It-tieni, min iħaddem għandu jnaqqas il-livell ta’ radjazzjoni jekk il-valuazzjoni tindika xi possibilità li l-valuri ta’ limitu ta’ espożizzjoni inqabżu, eżempju, billi jagħżel materjal differenti jew jillimita t-tul tal-espożizzjoni.
  • Informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema. Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom jingħataw l-informazzjoni u t-taħriġ meħtieġ, eżempju fl-użu ta’ apparat protettiv.
  • Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Min iħaddem għandu jikkonsulta mal-ħaddiema jew mar-rappreżentanti tagħhom minn qabel fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Jistgħu jipproponu miżuri għat-titjib ta’ din il-protezzjoni u anke jdaħħlu lill-awtoritajiet kompetenti jekk jikkunsidraw li l-protezzjoni tas-saħħa offruta minn min iħaddem mhijiex adegwata (skont id-Direttiva qafas 89/391/KEE).

Sorveljanza tas-saħħa

Is-saħħa tal-ħaddiema hija soġġetta għal sorveljanza li ssir minn tabib, kif ukoll kwalunkwe riskju li jiġi minn espożizzjoni għal radjazzjoni ottika, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti.

Isiru rekords dwar is-saħħa ta’ kull ħaddiem u dawn jiġu aġġornati wara kull viżta ta’ kontroll tas-saħħa. Fuq talba, ħaddiema individwali jista' jkollhom aċċess għar-rekords tas-saħħa personali tagħhom.

Effetti ħżiena u/ jew qbiż tal-valuri tal-limitu

Fil-każ ta’ espożizzjoni li taqbeż il-valuri tal-limitu, b’mod awtomatiku jkun hemm disponibbli eżaminazzjoni medika għall-ħaddiema. Jekk il-valuri tal-limitu jkunu nqabżu u/jew il-ħaddiema sofrew minn effetti ħżiena fuq is-saħħa tagħhom:

  • il-ħaddiem ikun infurmat mit-tabib jew minn persuna kkwalifikata bir-riżultati relatati miegħu u bi kwalunkwe sejba sinjifikanti;
  • min iħaddem jirrevedi l-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri meħudin, jimplimenta l-miżuri rakkomandati mill-persuni kompetenti u jistabbilixxi sistema ta’ soveljanza.

Penali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva jkunu nkissru.

Rapporti

Kull ħames snin, l-Istati Membri jipprovdu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, inkluż l-opinjonijiet tas-sħab soċjali.

Kull ħames snin, il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) u l-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol dwar il-valutazzjoni tagħha ta’ dawn ir-rapporti.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2006/25/KE

27.4.2006

27.4.2010

L 114 tas-27.4.2006

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE

1.1.2014

Jiddependi fuq id-dispożizzjonijiet,1.1.2014 30.6.2014 jew31.12.2014

ĠU L 353 tat-28.12.2013

L-aħħar aġġornament: 17.06.2014

Top