EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Espożizzjoni għal sustanzi kimiċi

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi fl-Unjoni Ewropea (UE) għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji għas-sigurtà u s-saħħa tagħhom li jirriżultaw, jew x’aktarx jirriżultaw, mill-effetti tal-aġenti kimiċi li hemm fuq il-post tax-xogħol jew b’riżultat ta’ xi attività tax-xogħol li tinvolvi dawk l-aġenti.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Id-Direttiva 98/24/KE hija direttiva “mnissla” mid-Direttiva qafas 89/391/KEE li tintroduċi miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ara s-sommarju). Id-Direttiva 89/391/KE, li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji ta’ saħħa u sigurta’ minn sustanzi kimiċi, tapplika b’mod sħiħ, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li huma l-aktar stretti jew speċifiċi fid-Direttiva 98/24/KE.
  • Id-Direttiva 98/24/KE tapplika għal ħaddiema esposti għal sustanzi kimiċi perikolużi meta r-regoli tagħha huma aktar favorevoli minn dawk tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-karċinoġeni u l-mutaġeni (ara s-sommarju).

Obbligi ta’ min iħaddem

  • Evalwazzjoni tar-riskji. Min iħaddem għandu jiddetermina jekk hemmx preżenti kwalunkwe sustanza kimika perikoluża fuq il-post tax-xogħol u, jekk dan ikun minnu, jevalwa r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà li jistgħu joħolqu. Din il-valutazzjoni għandha tinżamm aġġornata.
  • Il-prevenzjoni tar-riskji. Min iħaddem għandu jieħu l-miżuri preventivi neċessarji sabiex jelimina jew inaqqas ir-riskji għall-minimu. Għandu jipprovdi apparat xieraq u għandu jnaqqas it-tul ta’ kwalunkwe espożizzjoni u għandu jiżgura ġestjoni, ħżin u trasport bla perikolu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi. Fejn possibbli, is-sustanzi kimiċi jew il-proċessi għandhom jiġu sostitwiti b’dawk inqas perikolużi.
  • Valuri tal-limitu tal-esponiment okkupazzjonali u valuri tal-limitu bijoloġiku. Il-leġiżlazzjoni teħtieġ li jkunu stabbiliti valuri tal-limitu tal-esponiment okkupazzjonali indikattivi u vinkolanti flimkien ma’ valuri tal-limitu bijoloġiku.
  • Indirizzar tal-aċċidenti, inċidenti u emerġenzi. Min iħaddem għandu jfassal pjanijiet ta’ azzjoni sabiex tittieħed azzjoni xierqa, inkluż dik li jiġu informati dawk ikkonċernati, meta jseħħ aċċident. Dawn għandhom ikunu akkompanjati b’eżerċizzji tas-sigurtà regolari u b’faċilitajiet tal-ewwel għajnuna.
  • Informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema. Min iħaddem għandu jipprovdi lill-ħaddiema b’riżultati ta’ evalwazzjonijiet tar-riskji, informazzjoni dwar sustanzi kimiċi perikolużi fuq il-post u l-valuri tal-limitu tal-espożizzjoni okkupazzjonali relevanti. Għandhom jipprovdu wkoll taħriġ u dettalji dwar il-prekawzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu.

Projbizzjonijiet

Id-direttiva tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura u l-użu ta’ ċerti kimiċi. Dawn huma elenkati f’Anness III. Eżenzjonijiet huma permessi taħt ċerti ċirkostanzi bħal riċerka xjentifika u ttestjar. F’każijiet bħal dawn, minn iħaddem għandu jipprovdi lill-awtoritajiet bl-informazzjoni bħall-kwantitajiet li għandhom jintużaw u l-għadd ta’ ħaddiema li probabbli jkunu involuti.

Monitoraġġ tas-saħħa

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw monitoraġġ xieraq għas-saħħa għall-ħaddiema li s-saħħa tagħhom tista’ tkun f’riskju. Hemm bżonn ta’ rekords dwar is-saħħa u dwar l-espożizzjonijiet tal-individwu.

Klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta’ sustanzi kimiċi u ta’ taħlitiet

Id-Direttiva 2014/27/UE temdenda d-Direttiva 98/24/KE (u diversi direttivi oħra), u tallinjaha fis-sistema l-ġdida stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta’ sustanzi kimiċi u ta’ taħlitiet (ara s-sommarju). Din tidentifika kimiċi perikolużi u tinforma lill-utenti dwar ir-riskji relatati permezz ta’ simboli standard u l-kliem fuq it-tikketti tal-imballaġġ u l-u l-folji tad-data tas-sigurtà.

Rapportar

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni Ewropea kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri varji koperti bid-direttiva.

Atti delegati

  • Ir-Regolament (UE) 2019/1243 jemenda d-Direttiva 98/24/KE li tagħti s-setgħat lill-Kummissjoni, mis-26 ta’ Lulju 2019, li tadotta atti delegati biex tagħmel emendi teknikament stretti lill-annessi tiegħu, u biex tissupplimenta dik id-direttiva billi tistabbilixxi jew tirrevedi valuri tal-limitu ta’ esponiment okkupazzjonali indikattiv. Madanakollu, dawk l-emendi ma jistgħux jimmodifikaw il-valuri tal-limitu tal-espożizzjoni stabbiliti fl-annessi għad-direttiva.
  • L-Istati Membri għandhom iżommu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem infurmati dwar l-valuri tal-limitu tal-espożizzjoni stabbiliti fil-livell tal-UE.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

  • Id-Direttiva 98/24/KE ilha tapplika mill-25 ta’ Mejju 1998 u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-5 ta’ Mejju 2001.
  • Fis-Slovenja, l-applikazzjoni tagħha ġiet diferita sal-31 ta’ Diċembru 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, pp. 11–23).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 98/24/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, pp. 1–1355).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 158, 30.4.2004, pp. 50–76).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, 26.8.1992, pp. 23–42).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1–8).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 16.12.2021

Top