Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Trattament mediku abbord bastimenti

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Trattament mediku abbord bastimenti

Il-bastimenti tal-baħar huma postijiet tax-xogħol li, minħabba l-iżolament ġeografiku tagħhom, jippreżentaw riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema abbord. Il-bastimenti għandu jkollhom faċilitajiet adegwati, li jiġu ċċekkjati regolarment, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jingħataw it-trattament mediku meħtieġ fuq il-baħar.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

SOMMARJU

Il-bastimenti tal-baħar huma postijiet tax-xogħol li, minħabba l-iżolament ġeografiku tagħhom, jippreżentaw riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema abbord. Il-bastimenti għandu jkollhom faċilitajiet adegwati, li jiġu ċċekkjati regolarment, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jingħataw it-trattament mediku meħtieġ fuq il-baħar.

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistemi minimi ta’ saħħa u sikurezza li jtejbu t-trattament mediku abbord il-bastimenti.

PUNTI EWLENIN

Kull pajjiż tal-UE għandu jiżgura li l-bastimenti rreġistrati f’dak il-pajjiż, jew li jtajru l-bandiera tiegħu, għandhom iġorru provvisti mediċi. Ir-rekwiżiti dettaljati jiddependu fuq il-kategorija ta’ bastiment u d-dettalji elenkati fl-Annessi għad-Direttiva. Barra minn hekk:

  • Kull bastiment għandu jġorr kaxxa bil-mediċini li ma jidħolx ilma fiha għal kull waħda mid-dgħajjes tas-salvataġġ tiegħu.
  • Kull bastiment ta’ aktar minn 500 tunnellata gross, b’ekwipaġġ ta’ 15-il persuna jew aktar, fuq vjaġġ li jdum aktar minn tlett ijiem, għandu jkollu infermerija adegwata fejn ikun jista’ jingħata trattament mediku.
  • Kull bastiment b’ekwipaġġ ta’ 100 persuna jew aktar fuq vjaġġ internazzjonali li jdum aktar minn tlett ijiem, għandu jkollu tabib abbord.

Kwalunkwe bastiment li jittrasporta sustanzi perikolużi għandu jġorr antidoti xierqa. Fi kwalunkwe każ, il-laneċ għandhom iġorru minimu ta’ antidoti (kif spjegat fl-Anness II) minħabba l-fatt li jista’ ma jkunx magħruf minn qabel li ser jiġu ttrasportati sustanzi perikolużi, sakemm il-qsim regolari ma jdumx inqas minn sagħtejn. L-antidoti kollha disponibbli għandhom jitniżżlu fid-dettall fuq lista ta’ kontroll.

Il-proprjetarju huwa responsabbli sabiex jipprovdi l-provvisti mediċi. Il-kaptan, jew rappreżentant iddelegat, huwa responsabbli mill-immaniġġjar tal-provvisti, li għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba u jerġgħu jimtlew sistematikament għas-spejjeż tal-proprjetarju biss.

Il-provvisti mediċi għandhom ikunu akkumpanjati minn struzzjonijiet rigward l-użu tagħhom, inkluż tagħrif relatat mal-użu tal-antidoti meħtieġa.

It-taħriġ marittimu professjonali għandu jinkludi taħriġ mediku tal-ewwel rispons bażiku f’każ ta’ aċċident jew emerġenza medika serja. Il-kaptan, jew il-ħaddiem iddelegat responsabbli għall-provvisti mediċi, għandu jingħata taħriġ speċjali mill-inqas kull ħames snin.

Iċ-ċentri għandhom jiġu nnominati biex jipprovdu lill-ħaddiema b’pariri mediċi bla ħlas bir-radju, inkluż minn tobba mħarrġin fil-kundizzjonijiet speċjali prevalenti abbord il-vapur.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet annwali sabiex jiġi vverifikat li l-provvisti mediċi huma konformi mad-Direttiva.

MINN META BDIET TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ April 1992.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 92/29/KEE

10.4.1994

31.12.1994

ĠU L 113, 30.4.1992, p. 19-36

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003

20.11.2003

-

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1-53

Id-Direttiva 2007/30/KE

28.6.2007

31.12.2012

ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21-24

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008

11.12.2008

-

ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1-54

L-emendi u l-bidliet suċċessivi għad-Direttiva 92/29/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 02.10.2015

Top