Help Print this page 
Title and reference
Provvediment ta’ sinjali ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Provvediment ta’ sinjali ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Din id-Direttiva għandha tintroduċi sistema tal-Komunità ta’ sinjali tas-sigurtà ddisinjati sabiex inaqqsu r-riskji ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol u mard relatat max-xogħol.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [Ġurnal Uffiċjali L 245 tas-26.8.92]. [Ara l-att(i) emendatorju(i)].

SOMMARJU

Id-Direttiva 92/58/KEE tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar is-sinjali ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol . Pereżempju, għandhom x’jaqsmu mal-post u l-identifikazzjoni tar-reċipjenti u pajpijiet, tagħmir ta’ tifi tan-nar, ċerti rotot tat-traffiku, sinjali mixgħulin u akustiċi, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ komunikazzjonijiet verbali xierqa u sinjali tal-idejn .

Din id-Direttiva tikkumplimenta d-Direttiva ta’ Qafas 89/391/KEE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Id-Direttiva ma tapplikax għal sinjali għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, prodotti u/jew tagħmir, sakemm dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni Ewropea ma jagħmlux referenza speċifika għalihom, lanqas għal sinjali użati għar-regolamentazzjoni tat-toroq, linji ferrovjarji, passaġġi interni tal-ilma, u traffiku tal-baħar u tal-ajru.

Obbligi ta’ min iħaddem

L-impjegaturi għandhom jipprovdu sinjali tas-sikurezza fejn il-perikli ma jistgħux jiġu evitati jew jitnaqqsu b’mod adegwat b’miżuri preventivi jew proċeduri użati fl-organizzazzjoni tax-xogħol.

Kull fejn possibbli, jistgħu jitwaħħlu sinjali użati għal trasport bit-triq, linji ferrovjarji, passaġġi interni tal-ilma, baħar u trasport bl-ajru f’kumpaniji jew impriżi.

Informazzjoni supplimentari

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ċerti eżenzjonijiet fi ħdan ċerti limiti preċiżi.

Il-ħaddiema għandhom jiġu infurmati bil-miżuri li għandhom jittieħdu u għandhom jingħataw taħriġ adegwat (struzzjonijiet preċiżi).

Il-ħaddiema għandhom jiġu kkonsultati u permessi jipparteċipaw fil-kwistjonijiet koperti mid-Direttiva.

Adattamenti tekniċi għall-Annessi sejrin jiġu adottati mill-Kummissjoni, assistita minn Kumitat (Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE).

L-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw lill-Kummissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva. Il-Kummissjoni hija meħtieġa tirrapporta perjodikament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Kuntest

Id-Direttiva tirrevoka d-Direttiva 77/576/KE dwar is-sinjali tas-sikurezza fil-post tax-xogħol.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ - Data ta’ skadenza

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 92/58/KEE

22.7.1992

24.6.1994

ĠU L 245 tas-26.8.1992

Att

Dħul fis-seħħ - Data ta’ skadenza

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2007/30/KE

28.6.2007

31.12.2012

ĠU L 165 tas-27.6.2007

Direttiva 2014/27/UE

25.3.2014

1.6.2015

ĠU L 65 tal-5.3.2014

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fil-Post tax-Xogħol 92/57/KEE (siti temporanji u mobbli) u 92/58/KEE (provvista ta’ sinjali ta’ sigurtà fuq ix-xogħol) [ COM(2008) 698finali- Mhux ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali].

Il-Kummissjoni tippreżenta rapport pożittiv dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/58/KEE. Fil-fatt, il-maġġoranza tal-15-il-Stat Membru tal-Unjoni Ewropea temmew il-leġiżlazzjoni tagħhom permezz tar-regoli u r-rekwiżiti ġodda li hemm ipprovdut għalihom f’din id-Direttiva.

L-implimentazzjoni tad-Direttiva ppermettiet li s-sistemi nazzjonali ta’ sinjali tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jiġu armonizzati. Madankollu, il-Kummissjoni tiddikjara li l-ħaddiema għadhom mhux informati tajjeb dwar ir-regoli fuq sinjali u l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-kumpaniji sabiex isaħħu l-attivitajiet ta’ taħriġ tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 06.05.2014

Top