Help Print this page 
Title and reference
Is-sikurezza okkupazzjonali - it-tqandil manwali ta’ tagħbijiet

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Is-sikurezza okkupazzjonali — it-tqandil manwali ta’ tagħbijiet

L-għan tad-Direttiva huwa li tiżgura li l-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (UE) jiġu protetti kontra r-riskji involuti fit-tqandil manwali ta’ tagħbijiet*.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta' korriment tad-dahar għall-ħaddiema (ir-raba' Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

SOMMARJU

L-għan tad-Direttiva huwa li tiżgura li l-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (UE) jiġu protetti kontra r-riskji involuti fit-tqandil manwali ta’ tagħbijiet*.

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza għat-tqandil manwali ta’ tagħbijiet meta jkun hemm riskju, b’mod partikolari ta’ korriment fid-dahar, għall-ħaddiema.

PUNTI EWLENIN

Dawk li jħaddmu għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jevitaw il-ħtieġa għat-tqandil manwali mill-ħaddiema.

Meta t-tqandil manwali ma jkunx jista’ jiġi evitat, min iħaddem għandu jbiddel il-mod kif inhu organizzat ix-xogħol, jew jipprovdi lill-ħaddiema bil-mezzi biex inaqqsu r-riskju, billi:

jorganizza stazzjonijiet tax-xogħol li jagħmlu t-tqandil kemm jista’ jkun mingħajr periklu;

jivvaluta, jekk possibbli, minn qabel, il-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza tat-tip ta’ xogħol, b’mod partikolari l-karatteristiċi tat-tagħbija;

jevita jew inaqqas ir-riskju, b’mod partikolari ta’ korriment fid-dahar, billi jagħmel dak kollu possibbli u jżomm f’moħħu l-ambjent tax-xogħol u l-attività mwettqa;

jassigura li l-ħaddiema għandhom tagħrif dwar il-piż, u d-distribuzzjoni tal-piż, ta’ tagħbija; u

jassigura taħriġ, konsultazzjoni u parteċipazzjoni xierqa tal-ħaddiema dwar it-tqandil ta’ tagħbijiet, u r-riskji potenzjali.

Ikun hemm riskju ta’ korriment fid-dahar jekk it-tagħbija tkun:

tqila wisq jew kbira wisq;

goffa jew diffiċli biex tinqabad;

instabbli jew ikollha kontenut li jista’ jiċċaqlaq;

ippożizzjonata b’tali mod li tkun meħtieġa manipulazzjoni f’distanza mill-ġisem, jew li tirrikjedi li l-ġisem jitgħawweġ jew jiċċaqlaq; jew

intrinsikament x’aktarx li tirriżulta f’korriment, b’mod partikolari jekk ikun hemm ħabta.

Sforz fiżiku jista’ jwassal għal riskju ta’ korriment, jekk:

ikun wisq ta’ strapazz;

ikun jista’ jsir biss billi jitgħawweġ il-ġisem;

x’aktarx li jirriżulta f’ċaqliq f’daqqa tat-tagħbija; jew

isir bil-ġisem f’pożizzjoni mhux stabbli.

L-ambjent tax-xogħol jista’ jżid ir-riskju jekk:

ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex issir l-attività;

ikun hemm varjazzjonijiet fil-livell tal-art jew jekk din ma tkunx stabbli, jew tkun imħarbta jew tiżloq;

ikun hemm kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tqandil ta’ tagħbijiet f’għoli sikur jew b’pożizzjoni tajba; jew

it-temperatura, l-umdità jew il-ventilazzjoni tkun inadegwata.

L-attività tista’ tippreżenta riskju jekk tkun tinvolvi:

sforz eċċessiv li jinvolvi b’mod partikolari l-ispina;

mistrieħ jew perjodu ta’ rkupru insuffiċjenti;

distanzi eċċessivi ta’ rfigħ, tbaxxija jew ġarr; jew

rata ta’ ħidma imposta minn proċess li ma jistax jitbiddel mill-ħaddiem.

Il-ħaddiem jista’ jkun f’riskju jekk:

ma jkunx fiżikament adatt biex iwettaq il-kompitu;

ikun liebes ħwejjeġ inadegwati; jew

ikollu għarfien jew taħriġ inadegwat.

TERMINU EWLIENI

* Tqandil manwali ta’ tagħbijiet: għall-fini ta’ din id-Direttiva, kwalunkwe trasportazzjoni jew sostenn ta’ tagħbija, inkluż irfigħ, tniżżil, imbuttar, tiġbid, ġarr jew ċaqliq, li jinvolvu riskju, b’mod partikolari ta’ korriment fid-dahar.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 1990.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 90/269/KEE

12.6.1990

31.12.1992

ĠU L 156, 21.6.1990, p. 9-13

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2007/30/KE

28.6.2007

31.12.2012

ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21-24

l-aħħar aġġornament 24.09.2015

Top