Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol — regoli ġenerali

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol — regoli ġenerali

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE — miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Tintroduċi miżuri li jtejbu s-saħħa u s-sigurtà tan-nies fuq ix-xogħol. Tistabbilixxi obbligi kemm fuq l-impjegaturi* kif ukoll fuq l-impjegati* sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard relatat max-xogħol.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tapplika għas-setturi kollha tal-attività pubblika u privata (industrijali, agrikoli, kummerċjali, amministrattiva, servizz, edukattiva, kulturali, divertiment u oħrajn).

Tistipula li l-impjegaturi:

Għandhom id-dmir li jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħhom. Dan jinkludi l-evalwazzjoni u l-evitar tar-riskji, l-iżvilupp ta' politika ġenerali dwar is-sigurtà u l-għoti ta' taħriġ xieraq lill-persunal.

Jaħtru lil xi ħadd responsabbli għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol.

Jieħdu l-miżuri prekawzjonarji tal-ewwel għajnuna, tifi tan-nar u evakwazzjoni neċessarji.

Jevalwaw ir-riskji li ħaddiema partikolari jistgħu jiffaċċjaw u jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ il-miżuri ta' protezzjoni neċessarji.

Jipprovdu lill-impjegaturi u/jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-informazzjoni kollha relevanti dwar riskji ta' saħħa u sigurtà possibbli u l-miżuri meħudin għall-prevenzjoni tagħhom.

Jikkonsultaw impjegati u/jew lir-rappreżentanti tagħhom u jinvolvuhom fid-diskussjonijiet kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà.

Jiżguraw li kull impjegat jirċievi taħriġ adegwat dwar is-saħħa u s-sigurtà għax-xogħol tiegħu.

Punti ewlenin oħrajn

Kull impjegat huwa responsabbli sabiex jieħu ħsieb kemm jista' jkun tas-saħħa u s-sigurtà tiegħu stess u tal-kollegi tiegħu.

Għandha tingħata protezzjoni speċjali lill-impjegati li jistgħu jkunu sensittivi partikolarment għal riskji u perikli possibbli fil-post tax-xogħol.

Id-Direttiva ma tapplikax għal xi servizzi pubbliċi speċifiċi, bħall-pulizija, il-forzi armati jew elementi tal-protezzjoni ċivili.

TERMINI EWLENIN

* Impjegat: kull min jaħdem għal impjegatur, inkluż trainees u apprendisti, iżda mhux impjegati domestiċi.

* Impjegatur: kull min għandu relazzjoni ta' impjieg ma' xi ħadd u b'responsabilità għan-negozju.

SFOND

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 89/391/KEE

19.6.1989

31.12.1992

ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1–8

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1882/2003

20.11.2003

ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1–53

Direttiva 2007/30/KE

28.6.2007

31.12.2012

ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21–24

Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2008

11.12.2008

ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1–54

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 89/391/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 28.09.2015

Top