Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Fondazzjoni Ewropea tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Fondazzjoni Ewropea tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament joħloq Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound).

Eurofound hija mfassla biex tikkontribwixxi għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi. Hi twettaq ir-rwol tagħha fi sħubja mal-gvernijiet, mal-impjegaturi, mat-trejdjunjins u mal-istituzzjonijiet tal-UE (bħall-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew).

Il-kompiti ewlenin

L-objettivi ewlenin tal-Euofound huma li

  • tissorvelja tendenzi u żviluppi fil-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, relazzjonijiet industrijali u tibdil strutturali (eż. bidla minħabba l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda) fl-ekonomija tal-UE;
  • tipprovdi opinjonijiet u pariri lil dawk li jfasslu l-politika soċjali u lill-partijiet ikkonċernati fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol;
  • tferrex għarfien u torganizza dibattiti u skambji ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u ma’ msieħba soċjali.

Attivitajiet ta’ riċerka u ta’ komunikazzjoni

L-attivitajiet prinċipali tal-Eurofound huma primarjament il-maniġment tar-riċerka u azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fl-oqsma tal-

  • kondizzjonijiet tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE bħal bilanċ tal-ħajja bejn ix-xogħol u l-familja, servizzi tal-ħarsien pubbliku u direzzjonijiet għall-integrazzjoni fl-impjieg;
  • kondizzjonijiet tax-xogħol jinkludu l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol, il-flessibilità u l-bidliet fil-kondizzjonijiet tax-xogħol madwar l-UE;
  • relazzjonijiet industrijali, inklużi l-bidliet industrijali u r-rikostruzzjoni tal-kumpaniji, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fir-relazzjonijiet industrijali fuq skala tal-UE.

Eurofound tħaddan l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-universitajiet, l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali.

Hi torganizza korsijiet, konferenzi u seminars u tipparteċipa fi studji. Hi tagħmel ukoll disponibbli data u opinjonijiet li joħorġu mir-riċerka indipendenti u komparattiva għal gvernijiet, impjegaturi, trejdjunjins u l-Kummissjoni Ewropea.

Programm ta’ xogħol ta' 4 snin (2013-2016)

Kull 4 snin, il-Eurofound tirrevedi l-istrateġija tagħha u l-orjentazzjoni tax-xogħol tagħha fi programm kontinwu.

Programm strateġiku ta’ 4 snin ġdid ġie adottat għall-perjodu 2013-2016. L-objettiv strateġiku tal-Eurofound għal dan il-programm ġdid ta’ xogħol ta’ 4 snin huwa li jipprovdi għarfien ta’ kwalità għolja, fil-ħin u relevanti għall-politika fl-4 oqsma ewlenin:

  • 1.

    iżżid il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u tiġġieled kontra l-qgħad billi:

    • toħloq l-impjiegi,
    • ittejjeb il-funzjonament tas-suq tax-xogħol u
    • tippromwovi l-integrazzjoni;
  • 2.

    ittejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tagħmel ix-xogħol sostenibbli tul il-ħajja kollha tan-nies;

  • 3.

    tiżviluppa relazzjonijiet industrijali biex tiżgura soluzzjonijiet ekwi u produttivi f’kuntest ta’ politika li qed jinbidel;

  • 4.

    ittejjeb l-istandards tal-ħajja u tippromwovi l-koeżjoni soċjali quddiem disparitajiet ekonomiċi u inugwaljanzi soċjali.

F’dan il-programm ta’ ħidma, l-Eurofound tipprovdi fatti u figuri, turi xejriet u tanalizza politiki fil-pajjiżi tal-UE. Lista ta’ temi relevanti speċifiċi ġiet ukoll definita b’attivitajiet speċifiċi ta’ prijorità.

Kooperazzjoni

Il-Eurofound tikkopera ma’ istituzzjonijiet jew universitajiet akkademiċi speċjalizzati fil-pajjiżi tal-UE u f’livell internazzjonali. Taħdem ukoll mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Il-Fondazzjoni tikkopera wkoll bis-sħiħ ma’ msieħba soċjali fil-livell tal-UE bħall-ETUC (Il-Konfiderazzjoni tat-Trejdjunjin Ewropea) u l-BUSINESSEUROPE (l-organizzazzjoni tal-impjegaturi Ewropej).

Organizzazzjoni u funzjonament

Il-Fondazzjoni hija bbażata fl-Irlanda (Dublin). Hi tinkludi Bord tat-Tmexxija li jirrappreżenta lill-imsieħba soċjali u lill-gvernijiet nazzjonali tal-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Fondazzjoni stabbilixxiet ukoll 2 osservatorji:

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Hu daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Ġunju 1975.

SFOND

Il-Fondazzjoni twaqqfet 40 sena ilu fl-1975 biex tikkontribwixxi għall-ippjanar u għat-tfassil ta’ ħajja u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1–4)

L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1365/75 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għar-referenza.

l-aħħar aġġornament 11.01.2016

Top