Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-iżgurar tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

L-iżgurar tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET)

Il-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Kwalità huwa waħda minn serje ta’ inizjattivi Ewropej maħsuba biex jinkoraġġixxu l-mobbiltà tax-xogħol. Huwa jgħin lill-pajjiżi jippromwovu u jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew ta’ Referenza għall-Garanzija tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ĠU C 155 tat-8.7.2009, p. 1).

SOMMARJU

Il-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Kwalità huwa waħda minn serje ta’ inizjattivi Ewropej maħsuba biex jinkoraġġixxu l-mobbiltà tax-xogħol. Huwa jgħin lill-pajjiżi jippromwovu u jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

X'TAGĦMEL IR-RAKKOMANDAZZJONI?

Hija tistabbilixxi Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Garanzija tal-Kwalità. Dan huwa sett ta’ għodod b’referenzi Ewropej komuni. Fuq bażi volontarja, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw l-aspetti li huma jqisu l-aktar utli sabiex jiżviluppaw, itejbu, jiggwidaw u jivvalutaw il-kwalità tas-sistemi tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET).

PUNTI EWLENIN

Il-qafas jinkludi ċiklu b’4 fażijiet ta’ ippjanar, implimentazzjoni, evalwazzjoni/valutazzjoni u analiżi/reviżjoni tas-sistemi VET.

Kull fażi tinkludi kriterji tal-kwalità u deskritturi indikattivi intiżi biex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jiffissaw miri, ifasslu standards u jwettqu analiżi.

L-indikaturi ta’ referenza, bħal investiment fit-taħriġ tal-għalliema, huma maħsuba biex jgħinu fl-evalwazzjoni u t-titjib tal-kwalità tas-sistemi VET.

L-awtoritajiet nazzjonali huma mħeġġa sabiex ikollhom irwol attiv fil-qafas u sabiex ikomplu jiżviluppaw prinċipji komuni, kriterji ta’ referenza, indikaturi u linji gwida.

Il-Punti ta’ Referenza Nazzjonali għall-Garanzija tal-Kwalità iżommu lill-partijiet interessati infurmati dwar l-attivitajiet tal-qafas, jappoġġjaw u jiżviluppaw il-ħidma tagħhom u jgħinu fl-evalwazzjoni tal-kisbiet tagħhom.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom janalizzaw il-proċess kull 4 snin.

F’Mejju 2014, il-gvernijiet tal-UE osservaw l-avvanzi li saru fil-garanzija tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ u qablu fuq il-ħtieġa li jsir aktar progress.

SFOND

Ir-rakkomandazzjoni għandha tgħin sabiex timmodernizza s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tiżgura li n-nies ma jitilqux mill-edukazzjoni mingħajr kwalifiki. Hija għandha l-għan ukoll li ttejjeb l-interrelazzjoni bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi.

Għal aktar tagħrif, ara:

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazjzoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (COM(2014) 30 final tat-28.1.2014).

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar garanzija tal-kwalità li tappoġġja l-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 183 tal-14.6.2014, pp. 30-35).

L-aħħar aġġornament: 30.07.2015

Top