Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Statistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 452/2008 – il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi qafas komuni dwar l-istandards statistiċi għall-produzzjoni ta' data armonizzata fil-qasam tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament ikopri l-oqsma li ġejjin:

  • 1.

    is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

  • 2.

    il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja;

  • 3.

    statistiċi oħra dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (it-tagħlim tul il-ħajja ta' persuna għal raġunijiet personali jew professjonali).

Il-produzzjoni ta' statistiċi tal-livell tal-Unjoni Ewropea (UE) hija implimentata minn azzjonijiet statistiċi individwali inkluż:

  • għall-ewwel żewġ oqsma, il-konsenja regolari u fil-ħin ta' statistiċi mill-pajjiżi tal-UE;
  • fil-kamp tal-applikazzjoni tat-tielet qasam, l-użu ta' fatturi varjabbli u indikaturi supplimentari minn sistemi u stħarriġ tal-informazzjoni statistika oħra;
  • l-iżvilupp, it-titjib u l-aġġornament tal-istandards u l-manwali li jiddefinixxu l-oqfsa, il-kunċetti u l-metodi;
  • it-titjib tal-kwalità tad-data fil-kuntest tal-qafas tal-kwalità.

Il-Kummissjoni Ewropea ser tqis il-kapaċitajiet disponibbli tal-pajjiżi tal-UE fir-rigward tal-azzjonijiet ta' hawn fuq. Għad-data miġbura, ser tingħata kunsiderazzjoni lill-aspetti reġjonali u tal-ġeneru meta jkun possibbli.

Il-Kummissjoni (Eurostat) ser tikkollabora wkoll mal-Istitut għall-Istatistiċi Edukattiv, Xjentifiku u tal-Organizzazzjoni Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra biex tiżgura l-komparabbiltà u tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-data fil-livell internazzjonali.

Sistemi tal-edukazzjoni (UOE)

Mis-sena skolastika 2012/2013 'il quddiem: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013 tat-23 ta' Settembru 2013 fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ.

Stħarriġ dwar l-edukazzjoni tal-adulti (AES)

2016 AES: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-24 ta' Ġunju 2008.

SFOND

  • Il-produzzjoni ta' data statistika hija essenzjali għall-iżvilupp ta' strateġiji tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn l-istrateġiji.
  • Il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ adottat f'Mejju 2009 jistabbilixxi numru ta' punti ta' riferiment li għandhom jintlaħqu sal-2020. Il-progress jiġi vvalutat fil-pajjiżi tal-UE permezz tal-analiżi annwali tal-pajjiż, bl-UE li tipprovdi rakkomandazzjonijiet ukoll.
  • Fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija, rapport konġunt tal-2015 se jidentifika l-oqsma ta' prijorità u kwistjonijiet konkreti għax-xogħol futur fil-livell Ewropew. Ir-rapport konġunt ġie adottat f'Novembru tal-2015.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227-233)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 912/2013 tat-23 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ (ĠU L 252 tal-24.9.2013, p. 5-10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1175/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2010 (ĠU L 316, 4.11.2014, p. 4-43)

Rapport Konġunt 2015 tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25–35)

l-aħħar aġġornament 04.11.2016

Top