Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-tagħlim tul il-ħajja — kompetenzi ewlenin

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

It-tagħlim tul il-ħajja — kompetenzi ewlenin

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni 2006/962/KE dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI?

Hija tħeġġeġ lill-gvernijiet biex jagħmlu t-tagħlim tal-kompetenzi ewlenin parti mill-istrateġija tagħhom tat-tagħlim tul il-ħajja. Ir-rakkomandazzjonijiet jidentifikaw tmien kompetenzi ewlenin li huma fundamentali għal kull individwu f’soċjetà bbażata fuq l-għarfien.

PUNTI EWLENIN

  • It-tmien kompetenzi huma dawn li ġejjin:
  • 1.

    Komunikazzjoni f’ilsien nattiv: l-abbiltà li persuna tkun tista' tesprimi u tinterpreta kunċetti, ħsibijiet, sentimenti, fatti u opinjonijiet f'forma kemm orali kif ukoll bil-kitba.

  • 2.

    Komunikazzjoni f'ilsien barrani: kif imsemmi hawn fuq, iżda tinkludi ħiliet ta’ medjazzjoni (jiġifieri i.e. tiġbor fil-qosor, tipparafraża, tinterpreta jew tittraduċi) u fehim interkulturali.

  • 3.

    Kompetenza fil-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija: padrunanza soda tal-matematika, fehim tad-dinja naturali u abilità li persuna tapplika l-għarfien u t-teknoloġija għal dawk li jidhru bħala ħtiġijiet tal-bniedem (bħall-mediċina, it-trasport jew il-komunikazzjoni).

  • 4.

    Kompetenza diġitali: l-użu kritiku u b'fiduċja tat-teknoloġija tal-informazzjoni u t-teknoloġija għax-xogħol, il-ħin ħieles u l-komunikazzjoni.

  • 5.

    Kapaċità għat-tagħlim: il-kapaċità li persuna tamministra b’mod effettiv it-tagħlim tagħha stess, jew individwalment jew fi gruppi.

  • 6.

    Kompetenzi soċjali u ċiviċi: il-kapaċità li persuna tipparteċipa b'mod effettiv u kostruttiv fil-ħajja soċjali u tax-xogħol u tingrana f’parteċipazzjoni attiva u demokratika, speċjalment f’soċjetajiet dejjem aktar diversi.

  • 7.

    Sens ta' inizjattiva u intraprenditorija: il-kapaċità li persuna ddawwar l-ideat f'azzjoni permezz tal-kreattività, l-innovazzjoni u t-teħid tar-riskji kif ukoll l-abbiltà tal-ippjanar u l-immaniġġjar tal-proġetti.

  • 8.

    Għarfien u espressjoni kulturali: il-kapaċità li persuna tapprezza l-importanza kreattiva tal-ideat, l-esperjenzi u l-emozzjonijiet f'firxa ta' midja bħall-mużika, il-letteratura u l-arti viżwali u performattiva.

  • Il-Kummissjoni Ewropea:
    • tikkontribwixxi għal sforzi nazzjonali għall-iżvilupp ta’ sistemi edukattivi u ta’ taħriġ;
    • tuża t-tmien kompetenzi biex tinkoraġġixxi t-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju ta’ prattiċi ġodda;
    • tippromwovi użu usa’ tat-tmien kompetenzi ewlenin f’politiki relatati tal-UE;
    • tirrapporta kull sentejn fuq il-progress li sar.
  • Fl-2009, l-UE qablet fuq programm strateġiku ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) sal-2020. Dan jissostitwixxi l-ET 2010 preċedenti. Hija identifikat il-bżonn li t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità jsiru realtà u s-sistemi ta’ taħriġ edukattiv u vokazzjonali jirrispondu aħjar għall-bidla u d-dinja inġenerali.
  • Fl-2014, Erasmus+ ħadet taħt idejha l-programm tat-tagħlim tul il-ħajja u sitt programmi oħra għall-edukazzjoni, it-taħriġ, u ż-żgħażagħ li qabel kienu separati.

SFOND

F’dinja dejjem iżjed globalizzata, l-individwi jeħtieġu firxa wiesgħa ta’ ħiliet biex jadattaw u jirnexxu f’ambjent li qed jinbidel malajr. Il-programm oriġinali tat-tagħlim tul il-ħajja kien imfassal biex joffri opportunitajiet ta’ tagħlim lil nies fi kwalunkwe stadju ta’ ħajjithom.

Għal aktar informazzjoni, ara

DOKUMENT EWLIENI

Ir-rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 394, 30.12.2006, pp. 10-18)

l-aħħar aġġornament 10.10.2016

Top