Help Print this page 
Title and reference
Europass - mobilità akbar għat-tagħlim u għax-xogħol fl-Ewropa

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Europass - mobilità akbar għat-tagħlim u għax-xogħol fl-Ewropa

Dossier standardizzat li jistabbilixxi l-ħiliet u l-kwalifiki personali, li huwa bla ħlas u disponibbli b'mod elettroniku fi 28 lingwa, jista' jgħin liċ-ċittadini jsibu xogħol jew jirċievu taħriġ kullimkien fl-Ewropa.

ATT

Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass)

SOMMARJU

Dossier standardizzat li jistabbilixxi l-ħiliet u l-kwalifiki personali, li huwa bla ħlas u disponibbli b'mod elettroniku fi 28 lingwa, jista' jgħin liċ-ċittadini jsibu xogħol jew jirċievu taħriġ kullimkien fl-Ewropa.

X'TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni tistabbilixxi qafas tal-Unjoni Ewropea (UE) bil-għan li ċittadini jkunu jistgħu jippreżentaw il-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom b'mod ċar u faċilment permezz tal-ħolqien ta' dossier ta' dokumenti personali u kkoordinat (Europass).

PUNTI EWLENIN

L-Europass huwa portafoll ta' ħames dokumenti u folder elettroniku li jista' jkun fih deskrizzjonijiet ta' kisbiet fit-tagħlim taċ-ċittadini, kwalifiki uffiċjali, esperjenza tax-xogħol, ħiliet u kompetenzi.

Fih ukoll l-elementi li ġejjin:

CV tal-Europass - biex juri l-ħiliet tad-detentur;

mobilità tal-Europass - biex jirreġistra l-perjodi kollha ta' mobilità transnazzjonali għal għanijiet ta' tagħlim;

suppliment tad-diploma tal-Europass - biex jipprovdi dettalji fuq korsijiet tal-edukazzjoni ogħla mwettqa;

suppliment taċ-ċertifikat tal-Europass - maħruġ mill-awtoritjajiet nazzjonali kompetenti sabiex jiddeskrivi l-kwalifiki vokazzjonali;

passaport lingwistiku tal-Europass - biex jiġu ppreżentati l-ħiliet lingwistiċi u kulturali;

passaport tal-ħiliet Ewropew - biex titjieb il-preżentazzjoni ta' CV billi ċ-ċertifikati tal-edukazzjoni u t-taħriġ iddikjarati fis-CV jinġiebu f'post wieħed.

L-inizjattiva hija appoġġata b'portal fuq l-internet li jippermetti liċ-ċittadini jfasslu s-cvs tal-Europass tagħhom stess u passaporti lingwistiċi, u sabiex wieħed isir jaf aktar dwar dokumenti tal-Europass oħrajn.

Il-Europass għandu jkun konsistenti u kumplimentari mal-istrumenti l-oħrajn li jippromwovu l-mobilità Ewropea u internazzjonali, b'mod partikolari:

in-netwerk Ewropew taċ-ċentri ta' informazzjoni nazzjonali dwar ir-rikonoxximent u l-mobilità universitarja (ENIC-NARIC) stabbilit mill-Kunsill tal-Ewropa u l-Unesco.

Rapport tal-Kummissjoni 2013 sab li l-Europass kellu bżonn isir aktar flessibbli u aktar faċli għall-utenti billi jiġi sfruttat il-potenzjal ta' teknoloġiji moderni. Qies li l-istruttura attwali għandha tkun magħmula aktar faċli, aktar orjentata lejn ir-riżultati u għal servizz aktar aġġornat.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE

1.1.2005

-

ĠU L 390 tal-31.12.2004, pp. 6-20

ATTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Evalwazzjoni tal-inizjattiva Europass: It-tieni evalwazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas tal-Komunità uniku għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) (COM(2013) 899 final tat-18.12.2013).

L-aħħar aġġornament: 22.07.2015

Top