Help Print this page 
Title and reference
Il-kwalità tal-edukazzjoni ogħla

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-kwalità tal-edukazzjoni ogħla

L-Ewropa hija minn ta’ quddiemnett fl-edukazzjoni. Sabiex tinżamm din il-pijunerija tagħha, il-Ministri Ewropej tal-Edukazzjoni irrakkomandaw l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ valutazzjoni tal-kwalità u l-assigurazzjoni tal-kwalità fis-sistemi edukattivi ogħla (HE).

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/561/KE dwar il-kooperazzjoni fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla.

SOMMARJU

Fl-1998, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) qablu li jistabbilixxu sistema trasparenti ta’ valutazzjoni tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità fil-qasam tal-HE. Sabiex tkun salvagwardjata u mtejba l-kwalità tal-HE filwaqt li jingħata l-kas dovut tal-kundizzjonijiet nazzjonali, id-dimensjoni Ewropea u l-ħtiġijiet internazzjonali, dawn is-sistemi kellhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

  • awtonomija u indipendenza tal-korpi responsabbli għall-valutazzjoni tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità;
  • relazzjoni bejn il-proċeduri ta’ evalwazzjoni mal-mod kif l-istituzzjonijiet jaraw lilhom infushom;
  • valutazzjoni interna u esterna;
  • involviment tal-partijiet kollha (għalliema, amministraturi, studenti, alumni, sieħba soċjali, assoċjazzjonijiet professjonali, esperti minn barra);
  • il-pubblikazzjoni tal-evalwazzjonijiet.

Fl-2006, rakkomandazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill sejħet għall-introduzzjoni ta’ sistemi interna ta’ QA skont l-istandards u l-linji gwida adottati f’Bergen fil-kuntest tal-Proċess ta’ Bologna, kif ukoll il-ħolqien ta’ reġistru Ewropew tal-aġenziji tal-assigurazzjoni tal-kwalità (EQAR).Ir-rakkomandazzjoni talbet lill-Istati Membri sabiex jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla tagħhom illi jagħżlu aġenzija tal-assigurazzjoni jew tal-akkreditazzjoni tal-kwalità mil-lista tal-EQAR illi taqdi l-ħtiġijiet u l-profil tagħhom, sakemm dan ikun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jew ikun permess mill-awtoritajiet nazzjonali.

Rapporti ta’ kull 3 snin

Jiġu ppreparati rapporti sabiex jimmonitrojaw il-progress fuq il-QA tal-HE. Għalkemm il-progress kien tajjeb, huma identifikati xi nuqqasijiet. Fir-rapport tal-2014, huma msemmijin nuqqasijiet fil-mod kif il-QA tappoġġja ll-HE bħal aċċess usa’, titjib tal-impjegabilità u l-internalizzazzjoni, jew it-titjib tat-taħriġ għad-dottorat u strateġiji tar-riżorsi umani. Biex jimlew dawn in-nuqqasijiet, il-QA għandha ssir appoġġ sabiex tinħoloq kultura interna ta’ kwalità f’istituzzjonijiet tal-HE minflok proċedura ta’ mmarkar tal-kaxex.

Hemm il-ħtieġa għal approċċ ibbażat fuq setturi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u li jinstab jekk hux possibbli li jkunu identifikati xi prinċipji bażiċi u linji ta’ gwida validi għas-setturi kollha u applikabbli għall-kwalifiki kollha.

Azzjonijiet ippjanati

Azzjonijiet għat-titjib tal-kooperazzjoni Ewropea fil-QA fit-tagħlim tul il-ħajja jinkludu:

  • konsultazzjoni dwar il-ħtieġa għal u l-fattilbilità tat-titjib tal-koerenza bejn il-QA fis-sub-setturi differenti tal-edukazzjoni;
  • riforma tal-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej (ESG) li jenfasizzaw iż-żieda fl-istandards tal-kwalità minflok approċċi proċedurali, kif ukoll it-twessigħ tal-iskop tagħha;
  • sinerġiji bejn għodod eżistenti: titkompla l-promozzjoni ta’ għodod ta’ trasparenza li jappoġġjaw l-assigurazzjoni tal-kwalità, bħal EQF, ECTS, EQAVET, u Europass;
  • ħidma mal-Istati Membri għall-inkoraġġiment ta’ aktar aġenziji tal-QA li japplikaw għal reġistrazzjoni EQAR u għall-permess ta’ aġenziji barranin irreġistrati mal-EQAR li joperaw fis-sistema tal-HE;
  • il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-QA fil-livell internazzjonali, permezz ta’ djalogu dwar politika ma’ sħab u bħala bażi għal sħubijiet ma’ istituzzjonijiet tal-HE madwar id-dinja (permezz ta’ Erasmus+).

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Rakkomandazzjoni 98/561/KE

-

-

ĠU L 270 tas-7.10.1998

ATTI RELATATI

Rakkomandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla (ĠU L 64 tal-4.3.2006).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Rapport dwar il-progress fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja (COM(2009) 487 finali tal-21.9.2009).

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Rapport dwar il-Progress fil-Garanzija tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (COM(2014) 29 finali tat-28.1.2014 - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2014 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġja l-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 183 tal-14.06.2014).

L-aħħar aġġornament: 06.07.2014

Top