Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Mobbiltá għall-istudenti, apprendisti, voluntiera żgħażagħ, għalliema u min iħarreġ

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Mobbiltá għall-istudenti, apprendisti, voluntiera żgħażagħ, għalliema u min iħarreġ

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni 2001/613/KE dwar il-mobbiltà fl-UE għall-istudenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera, għalliema u min iħarreġ

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI?

B’segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Liżbona fl-2000, din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-moviment liberu fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Hija tappella lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iħeġġu l-mobbiltà tal-istudenti, l-għalliema u l-persunal li jħarreġ fi ħdan l-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-rakkomandazzjoni titlob lill-pajjiżi tal-UE biex jeliminaw l-ostakoli legali, amministrattivi, lingwistiċi u kulturali għall-persuni li:

  • qed jistudjaw jew qed isegwu taħriġ;
  • qed jagħmlu volontarjat; jew
  • qed jgħallmu jew jipprovdu taħriġ;

f’pajjiż ieħor tal-UE.

Fost il-kwistjonijiet, l-għanijiet u s-suġġerimenti li tressqu hemm:

  • l-għan li wieħed jitgħallem mill-inqas żewġ lingwi tal-UE, bi tħejjija lingwistika u kulturali qabel l-ivvjaġġar;
  • l-inkoraġġiment tas-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE fost iż-żgħażagħ, kif ukoll ir-rispett għad-differenzi;
  • l-aċċess faċli għall-informazzjoni dwar opportunitajiet f’pajjiżi oħra tal-UE;
  • l-appoġġ finanzjarju (għotjiet, boroż ta' studju, sussidji, self, eċċ.) li għandu jkun iffaċilitat u ssimplifikat;
  • l-assistenza fl-ispejjeż tat-trasport, l-akkommodazzjoni, l-ikel u l-aċċess għar-riżorsi kulturali fuq l-istess bażi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż ospitanti; u
  • l-għarfien aħjar dwar id-drittijiet finanzjarji u l-kopertura tas-sigurtà soċjali.

Miżuri li jaffettwaw speċifikament lill-istudenti jew lil dawk li qed jitħarrġu

  • l-inkoraġġiment tal-istudenti biex iwettqu parti mill-istudji tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE u l-iffaċilitar tar-rikonoxximent akkademiku ta’ perjodi ta’ studju li saru bejn il-pajjiżi;
  • l-inkoraġġiment ta’ mudelli aktar ċari ta’ ċertifikati ta’ taħriġ, pereżempju billi jiġu pprovduti traduzzjonijiet u punti ta’ informazzjoni ċentralizzati;
  • li l-istudenti jitħallew juru b’mod aktar faċli li għandhom kopertura tas-saħħa jew riżorsi finanzjarji biex jiksbu permessi ta’ residenza; u
  • l-iffaċilitar tal-integrazzjoni u l-appoġġ lill-istudenti fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni tal-pajjiż ospitanti, kif ukoll l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom f’pajjiżhom.

Miżuri li jaffettwaw lill-voluntiera

  • li jiġi żgurat li n-natura speċifika tal-attività volontarja tkun ikkunsidrata fi kwistjonijiet legali u amministrattivi;
  • il-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertifikat ta’ parteċipazzjoni bil-għan ta’ format komuni tal-UE għall-applikazzjonijiet għal impjiegi; u
  • l-evitar tad-diskriminazzjoni kontra l-voluntiera fl-intitolament għall-protezzjoni soċjali.

Miżuri li jikkonċernaw lill-għalliema u dawk li jħarrġu

  • li jitqiesu l-problemi ffaċċjati fil-mobbiltà li jirriżultaw minn ċerta leġiżlazzjoni nazzjonali u l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni;
  • sostituzzjoni temporanja tal-għalliema u dawk li jħarrġu li jkunu fuq programm ta’ mobbiltà;
  • l-iffaċilitar tal-integrazzjoni fl-istabbiliment ospitanti;
  • l-introduzzjoni ta’ perjodi ta’ taħriġ Ewropej biex jiffaċilitaw il-mobbiltà;
  • l-inkoraġġiment tad-dimensjoni Ewropea fil-professjoni permezz tal-kontenut tal-programmi ta’ taħriġ, u permezz ta’ kuntatti u skambji bejn l-istabbilimenti; u
  • il-promozzjoni ta’ esperjenza ta’ mobbiltà Ewropea bħala komponent tal-karriera.

Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba jfasslu rapport kull sentejn dwar l-azzjoni meħuda bħala rispons għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

SFOND

Ir-rakkomandazzjonijet deskritti oriġinarjament kienu japplikaw għall-programmi tal-UE bħal Socrates (edukazzjoni), Leonardo da Vinci (taħriġ vokazzjonali) u Żgħażagħ, li issa kollha huma parti mill-programm Erasmus+, u jikkomplementaw il-miżuri li issa jaqgħu taħt l-ET 2020 li jkopri l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja.

DOKUMENTI EWLENIN

Rakkomandazzjoni 2001/613/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Lulju 2001 dwar il-mobbiltà fil-Komunità għall-istudenti, persuni li qed jitħarrġu, voluntiera, għalliema u min iħarreġ (ĠU L 215, 9.8.2001, pp. 30–37)

DOKUMENTI RELATATI

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 — “Żgħażagħ f'Moviment” – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ (ĠU C 199, 7.7.2011, pp. 1–5)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Żgħażagħ mobbli — Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea (KUMM(2010) 477 finali, 15.9.2010)

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (ĠU C 155, 8.7.2009, pp. 11–18)

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fil--15 ta’ Novembru 2007, dwar it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni tal-għalliema (ĠU C 300, 12.12.2007, pp. 6–9)

Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (ĠU L 390, 31.12.2004, pp. 6–20)

l-aħħar aġġornament 19.12.2016

Top