Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal u tal-ommijiet ġodda

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal u tal-ommijiet ġodda

SOMMARJU

Din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet bażiċi tan-nisa kollha qabel u wara t-tqala fl-Unjoni Ewropea (UE). Id-Direttiva hija waħda minn bosta “direttivi derivati” adottati skont id-Direttiva Qafas 89/391/KEE dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din id-Direttiva għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tan-nisa fuq il-post tax-xogħol meta jkunu tqal* jew wara li jkunu welldu reċentement*, kif ukoll tan-nisa li jkunu qegħdin ireddgħu*.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba li jgħarrfu lil dawk li jħaddmu u lill-ħaddiema nisa dwar il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea rigward ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol ikkawżati minn sustanzi perikolużi u proċessi industrijali.

Meta jiġu identifikati riskji, dawk li jħaddmu huma mitluba li jieħdu azzjoni biex jipproteġu lill-ħaddiema nisa kkonċernati, eż. billi jpoġġuhom f’pożizzjoni oħra jew jagħtuhom il-liv.

Meta jingħata l-liv, min iħaddem għandu jiggarantixxi d-drittijiet tal-impjieg u l-ħlas ta’ allowance adegwata sabiex tikkumpensa għal kwalunkwe telf ta’ introjtu.

Il-ħaddiema nisa tqal mhumiex obbligati li jaħdmu xiftijiet bil-lejl, soġġetti għas-sottomissjoni ta’ ċertifikat mediku.

Il-ħaddiema nisa tqal jistgħu jsirulhom eżaminazzjonijiet mediċi ta’ qabel it-twelid matul is-sigħat tax-xogħol mingħajr ma jitilfu mill-paga tagħhom.

Id-Direttiva tipprevedi 14-il ġimgħa ta’ liv tal-maternità , li ġimagħtejn minnhom għandhom jittieħdu qabel it-twelid.

In-nisa ma għandhomx jitkeċċew mix-xogħol minħabba t-tqala u l-maternità tagħhom.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mill-24 ta’ Novembru 1992.

SFOND

Id-Direttiva 92/85/KEE - il-ħaddiema nisa tqal fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija tal-UE għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol

TERMINI EWLENIN

* ħaddiema tqila: mara li tgħarraf lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha, b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prattika nazzjonali.

* ħaddiema li welldet reċentement: mara li welldet reċentement skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prattika nazzjonali u li tgħarraf lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha, b’konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni u/jew prattika.

* ħaddiema li qiegħda tredda’: mara li qiegħda tredda’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prattika nazzjonali u li tgħarraf lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha, b’konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni u/jew prattika.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEEtad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

REFERENZI

Att

Data tad-dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 92/85/KEE

24.11.1992

19.10.1994

ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1-7

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2007/30/KE

28.6.2007

31.12.2012

ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21-24

Direttiva 2014/27/UE

25.3.2014

1.6.2015

ĠU L 65, 5.3.2014, p. 1-7

l-aħħar aġġornament 14.10.2015

Top