Help Print this page 
Title and reference
Trattament ugwali fl-impjiegi u x-xogħol

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Trattament ugwali fl-impjiegi u x-xogħol

Din id-direttiva tistipula qafas ġenerali sabiex jiżgura trattament ugwali tal-individwi fl-Unjoni Ewropea (UE) fuq il-post tax-xogħol minkejja r-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.

SOMMARJU

Id-direttiva għandha l-għan illi tiżgura li persuni b’reliġjon jew twemmin partikolari, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikolari ma jsofrux minn diskriminazzjoni iżda jgawdu trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol.

X’tip ta’ diskriminazzjoni tkopri d-direttiva?

Hija tkopri kemm diskriminazzjoni diretta (trattament differenzjali bbażat fuq karatteristika speċifika) kif ukoll diskriminazzjoni indiretta (kull dispożizzjoni, kriterju jew prattika li tidher newtrali imma tpoġġi nies fil-kategoriji ta’ hawn fuq fi żvantaġġ meta mqabblin ma’ oħrajn). Il-fastidju, li joħloq ambjent ostili, huwa meqjus bħala diskriminazzjoni.

Għal min tapplika d-direttiva u għal min ma tapplikax?

Id-direttiva tapplika għall-individwi kollha, kemm jekk qed jaħdmu fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat, fir-rigward ta’:

  • kundizzjonijiet ta’ aċċess għal attivitajiet ta’ impjegati jew ta' dawk li jaħdmu għal rashom, inklużi l-kriterji għall-għażla u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u inkluża l-promozzjoni;
  • taħriġ vokazzjonali;
  • impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol (inklużi tkeċċija u paga);
  • sħubija u involviment f’organizzazzjoni ta’ min iħaddem jew tal-ħaddiema jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra li l-membri tagħha għandhom professjoni partikolari.

Id-direttiva ma tkoprix differenzi fit-trattament ibbażati fuq in-nazzjonalità jew ħlasijiet ta’ kwalunkwe tip magħmula minn skemi tal-Istat, inklużi sigurtà soċjali tal-Istat jew skemi ta’ protezzjoni soċjali tal-Istat.

X’jista’ jsir biex titwaqqaf id-diskriminazzjoni?

Il-pajjiżi tal-UE huma obbligati li jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi huma disponibbli għan-nies kollha li jikkunsidraw irwieħhom li sofrew minn nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament indaqs. Dan japplika wkoll anki jekk ir-relazzjoni li fiha jkun allegat li saret id-diskriminazzjoni tkun spiċċat. Aktar dettalji dwar rimedji u infurzar jistgħu jinqraw fil-Kapitolu II tad-direttiva.

Kif tista’ titjib is-sitwazzjoni?

Skont rapport (COM(2014) 2 finali) dwar din id-direttiva u d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, l-isfida prinċipali hija li jitqajjem għarfien dwar il-protezzjoni li diġà teżisti u li tkun żgurata applikazzjoni prattika għad-direttivi.

REFERENZI

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 2000/78/KE

2.12.2000

2.12.2003

ĠU L 303 tat-2.12.2000

ATTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg) (COM(2014) 2 final tas-17.1.2014 - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 27.06.2014

Top