EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2003/88/KE — ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tas-sigurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (UE). Dawn ikopru:

  • il-perjodi minimi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, il-liv annwali, il-pawżi u l-ħin tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa,
  • aspetti ta’ xogħol ta’ billejl u ta’ xogħol bix-xift.

PUNTI EWLENIN

L-Stati Membri tal-UE:

  • L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema kollha huma intitolati għal:
    • perjodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ 11-il siegħa konsekuttivi f’kull perjodu ta’ 24 siegħa;
    • waqfa ta’ mistrieħ f’kull ġurnata ta’ ħidma itwal minn 6 sigħat;
    • perjodu ta’ mistrieħ mhux interrott ta’ 24 siegħa kull perjodu ta’ 7 ijiem, flimkien mal-11-il siegħa kuljum;
    • tal-inqas 4 ġimgħat liv annwali mħallas;
    • ġimgħa ta’ xogħol massima ta’ bejn wieħed u ieħor 48 siegħa, inkluża s-sahra, fuq 7 ijiem.
  • Xogħol normali ta’ billejl m’għandux ikun iżjed minn 8 sigħat bħala medja f’kull perjodu ta’ 24 siegħa.
  • Ħaddiema ta’ billejl huma intitolati għal kontrolli tas-saħħa bla ħlas f’intervalli regolari.

L-awtoritajiet nazzjonali

  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu:
    • jużaw perjodi ta’ referenza li ma jeċċedux 14-il jum biex jikkalkulaw il-perjodu ta’ mistrieħ settimanali u li ma jeċċedux 4 xhur biex jikkalkulaw il-massimu medju tal-ħin tax-xogħol għal kull ġimgħa;
    • jeżentaw eżekuttivi amministraturi, superjuri oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet, ħaddiema tal-familja u uffiċjali reliġjużi minn partijiet tal-leġiżlazzjoni.
  • Derogi għal ċerti dispożizzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal kull waħda minn dawn li ġejjin:
    • attivitajiet ta’ sigurtà u sorveljanza li jeħtieġu preżenza permanenti biex jipproteġu lin-nies jew proprjetà;
    • kontinwità tas-servizz u tal-produzzjoni f’żoni bħal sptarijiet, baċiri, ajruporti, l-midja u l-agrikoltura;
    • żiediet qawwija previsti fl-attività (b’mod partikolari fl-agrikoltura, it-turiżmu, is-servizzi postali, it-trasport ferrovjarju u każijiet ta’ aċċidenti);
    • derogi miftiehma fi ftehimiet kollettivi bejn impjegaturi u impjegati.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għall-baħħara; u lanqas ma tapplika għall-ħaddiema koperti minn aktar regoli speċifiċi (bħall-ħaddiema mobbli fis-setturi tat-trasport fit-triq, tal-avjazzjoni ċivili, tal-ferrovija transkonfinali jew tat-trasport tal-passaġġ fuq l-ilma intern).
  • L-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà aktar favorevoli jekk ikunu jixtiequ.

Komunikazzjoni interpretattiva

Id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti hu sottolinjat f’Prinċipju 10 (il-bżonn li tassikura ambjent tax-xogħol b’saħħtu u sikur) tal-Pilastru Ewropew ta’ Drittijiet Soċjali u f’Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (kundizzjonijiet tax-xogħol fir-rigward tas-saħħa, sigurtà u dinjità tal-ħaddiema u li jistipulaw ħinijiet massimi ta’ xogħol, perjodu ta’ mistrieħ għal kuljum u settimanali u perjodu annwali ta’ liv imħallas.

Bil-għan li żżid is-sensibilizzazzjoni tal-ħaddiema dwar id-drittijiet soċjali tagħhom, kmieni fl-2023, il-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni interpretattiva biex iżżid iċ-ċertezza ġuridika u ċarezza fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ Direttiva 2003/88/KE. Il-komunikazzjoni tgħaddi mid-direttiva, artikolu b’artikolu, u l-ġurispudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (sat-22 ta’ Settembru 2022)), bil-għan li tassisti l-awtoritajiet tal-Istati Membri, prattikanti ġuridiċi u imsieħba soċjali fl-interpretazzjoni tagħha. Din taġġorna komunikazzjoni simili mill-2017.

Ir-rapport l-iktar riċenti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ Direttiva 2003/88/KE kienet ippubblikata wkoll f’Marzu 2023.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2003/88/KE tħassar u tikkodifika d-Direttiva 93/104/KE Għal din ir-raġuni, m’hemm ebda terminu għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali. Ir-regoli fid-direttiva ilhom japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2004

SFOND

Għal aktar dettalji, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, pp. 9–19).

DOKUMENTI RELATATI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Komunikazzjoni Interpretattiva fuq id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (2023/C, 143/06) (ĠU C 143, 26.4.2023, pp. 8–77).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Rapport dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (COM(2023) 72 final, 15.3.2023).

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni — Rapport dettaljat fuq l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol li jakkompanja d-dokument “Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: — Rapport dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol” (SWD(2023) 40 final, 15.3.2023).

l-aħħar aġġornament 15.02.2024

Top