Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Xogħol part-time

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Xogħol part-time

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 97/81/KE – il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (trade unions)

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

  • Hi timplimenta l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time maqbul bejn l-impjegaturi tal-Unjoni Ewropea (UE) u t-trejdunjins (l-imsieħba soċjali).
  • Il-ftehim jistabbilixxi li titneħħa d-diskriminazzjoni mhux ġustifikata tal-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi part-time u li tittejjeb il-kwalità tax-xogħol part-time. Huwa għandu l-għan ukoll li jgħin fl-iżvilupp tax-xogħol part-time fuq bażi volontarja u li jippermetti lill-impjegati u lil dawk li jħaddmu jorganizzaw il-ħin tax-xogħol b’mod li jkun adatt għall-ħtiġijiet taż-żewġ partijiet.

PUNTI EWLENIN

Għal min tapplika?

Hija tapplika għall-ħaddiema fuq bażi part-time li għandhom kuntratt ta’ impjiegjew relazzjoni ta’ impjieg kif definit f’kull pajjiż tal-UE. Dawk li jaħdmu biss fuq bażi każwali jistgħu jiġu esklużi għal raġunijiet oġġettivi wara konsultazzjoni bejn il-pajjiż tal-UE kkonċernat u l-imsieħba soċjali tiegħu.

Nondiskriminazzjoni

Il-ħaddiema part-time ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema full-time komparabbli sempliċiment minħabba li jaħdmu fuq bażi part-time, sakemm dan ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat b’mod oġġettiv. Il-kundizzjonijiet tal-impjiegi partikolari jistgħu jkunu soġġetti għal perjodu ta’ servizz, il-ħin maħdum jew abbażi tal-livell ta’ qligħ, wara konsultazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-imsieħba soċjali.

Aċċess għax-xogħol part-time

Il-pajjiżi tal-UE u l-imsieħba soċjali, , għandhom ifittxu, jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, ineħħu kwalunkwe kwistjoni legali jew amministrattiva li tnaqqas l-opportunitajiet għax-xogħol part-time. Ir-rifjut tal-ħaddiema li jiġu ttrasferiti minn xogħol full-time għal wieħed part-time jew viċi versa mhuwiex raġuni suffiċjenti għat-tkeċċija tagħhom.

Ir-rwol ta’ dawk li jħaddmu

Dawk li jħaddmu għandhom jikkunsidraw b’mod sħiħ:

  • it-talbiet għal trasferiment minn xogħol full-time għal kwalunkwe xogħol part-time li jsir disponibbli;
  • it-talbiet għal trasferiment minn xogħol part-time għal xogħol full-time jew sabiex jiżdied il-ħin tax-xogħol meta tinqala’ l-opportunità ;
  • li jipprovdu informazzjoni f’waqtha dwar id-disponibbiltà tal-impjiegi part-time u full-time;
  • miżuri li jippromwovu x-xogħol part-time fil-livelli kollha tal-kumpanija;
  • li jipprovdu informazzjoni xierqa lir-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar ix-xogħol part-time.

Implimentazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE jew l-imsieħba soċjali jistgħu jintroduċu regoli aktar favorevoli minn dawk stabbiliti fil-ftehim. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-ftehim mhijiex raġuni valida sabiex jitnaqqas il-livell ġenerali tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fuq bażi part-time.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija ilha tapplika mill-20 ta' Jannar 1998. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-20 ta' Jannar 2000.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol — Ix-Xogħol Part-Time fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC - Anness : Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time (ĠU L 14, 20.1.1998, pp. 9-14)

L-emendi suċċessivi tad-Direttiva 97/81/KE ġew inkorportati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hi biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali

Rapport mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tas-17 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, 21.1.2003

Dan ir-rapport hu kkumplimentat minn 2 studji:

Ir-Rapport tal-Kumissjoni - L-implimentazzjonit tad-Direttiva 97/81/KE li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, ,miċ-CEEP u mill-ETUC (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja) (2007)

Ir-rapporti (Sommarji Eżekuttivi) dwar l-implimentazzjonit tad-Direttiva 1997/81/KE fil-Bulgarija u fir-Rumanija (2009)

l-aħħar aġġornament 04.12.2016

Top