Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Flessigurtà: element kruċjali fil-modernizzazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Flessigurtà: element kruċjali fil-modernizzazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Prinċipji Komuni tal-Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà — KUMM(2007) 359 finali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tindika erba’ oqsma ta’ politika partikolari fejn min iħaddem kif ukoll l-impjegati jistgħu jibbenefikaw mill-flessigurtà*. Għal dawk tal-ewwel, din tfisser forza tax-xogħol flessibbli. Għal dawk tal-aħħar, tipprovdi ċerta sigurtà mill-qgħad fit-tul.

Il-komunikazzjoni tippreżenta linji gwida dwar kif jistgħu jinkisbu dawn iż-żewġ miri.

PUNTI EWLENIN

Il-politiki ta’ flessigurtà jistgħu jiġu applikati minn:

kuntratti affidabbli u flessibbli bl-użu tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol modernizzata u ftehimiet kollettivi,

opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-impjegati biex ikunu jistgħu jitħarrġu mill-ġdid u jikkwalifikaw għal impjiegi ġodda li jsiru disponibbli,

politiki nazzjonali sabiex il-persuni li temporanjament ikunu bla xogħol jiġu megħjuna jiċċaqalqu għal impjiegi ġodda,

sistemi ta’ sigurtà soċjali moderni li jipprovdu appoġġ xieraq għad-dħul u jħeġġu l-mobilità tal-forza tax-xogħol.

Il-flessigurtà għandha:

tibbilanċja d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' min iħaddem, il-ħaddiema, dawk li qed ifittxu xogħol u l-awtoritajiet pubbliċi,

tadatta għaċ-ċirkustanzi nazzjonali, speċjalment is-swieq tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali,

tnaqqas il-firda bejn dawk ta’ ġewwa u l-barranin fis-suq tax-xogħol,

tapplika għar-reklutaġġ u t-tkeċċija fi ħdan kumpanija u tgħin fiċ-ċaqliq minn xogħol għal ieħor,

tippromwovi aċċess indaqs għall-impjieg kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa,

tħeġġeġ il-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-imsieħba soċjali,

tiżgura li l-ispejjeż u l-benefiċċji finanzjarji involuti jitqassmu b’mod ġust bejn in-negozji, l-individwi u l-baġits pubbliċi.

SFOND

Il-flessigurtà titqies bħala ingredjent ewlieni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għat-tkabbir u l-impjiegi tal-UE billi tgħin lin-negozji u lill-impjegati jadattaw għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-globalizzazzjoni.

TERMINI EWLENIN

* Flessigurtà : strateġija integrata sabiex jitlaqqgħu l-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol. Din għandha l-għan li tqis il-bżonnijiet ta' min iħaddem kif ukoll tal-impjegati.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Prinċipji Komuni ta’ Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà (KUMM(2007) 359 finali tas-27.6.2007)

l-aħħar aġġornament 28.10.2015

Top