Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Responsabbiltà soċjali korporattiva fl-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Responsabbiltà soċjali korporattiva fl-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Nagħmlu l-Ewropa pilastru ta’ eċċellenza dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva — COM(2006) 136 finali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Hija tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-miżuri fuq materji relatati mar-responsabbiltà soċjali korporattiva* (CSR) għal użu aħjar tal-potenzjal tal-kumpaniji li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u l-għanijiet tal-istrateġija għat-tkabbir u l-iżvilupp.

Fit-twettiq ta’ dan, hemm benefiċċji għall-kumpaniji, għall-ekonomija tal-UE u għas-soċjetà b’mod ġenerali.

PUNTI EWLENIN

L-iżvilupp ta’ prattika ta’ CSR jinvolvi firxa wiesgħa ta’ atturi (eż. trejdunjins, investituri, konsumaturi u organizzazzjonijiet mhux governattivi).

Sabiex tippromwovi s-CSR, il-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq:

is-sostenn għall-inizjattivi ta’ bosta partijiet interessati;

il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-UE fi ħdan il-Grupp ta’ Rappreżentanti Nazzjonali ta’ Livell Għoli dwar is-CSR għall-mobilizzazzjoni tal-istrumenti reġjonali u nazzjonali;

is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatt tal-għażliet;

il-promozzjoni tas-CSR fost l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Sar progress fil-qasam tas-CSR, grazzi għall-politika segwita mill-Kummissjoni Ewropea. Komunikazzjoni tal-2011 tiddeskrivi l-kunċett modern tas-CSR definit mill-Kummissjoni u l-azzjonijiet li jridu jiġu segwiti f’dan il-qasam matul il-perjodu 2011-14.

L-istrateġija tal-UE dwar is-CSR tinkludi:

it-tisħiħ tal-viżibbiltà tas-CSR u t-tixrid ta’ prattiki ta’ CSR tajbin;

it-titjib u l-monitoraġġ tal-livelli ta’ fiduċja fin-negozju;

it-titjib tal-premjijiet tas-suq għas-CSR;

it-titjib tat-trasparenza fuq l-informazzjoni ambjentali u soċjali tan-negozji;

l-integrazzjoni tas-CSR fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fir-riċerka;

l-enfasi fuq l-importanza tal-politiki pubbliċi dwar is-CSR; u

l-allinjament aħjar tal-approċċi Ewropej u globali għas-CSR.

Sabiex tevalwa l-istrateġija tas-CSR, il-Kummissjoni nediet Konsultazzjoni pubblika dwar is-CSR 2011–2014. Din fittxet li tidentifika l-kisbiet, in-nuqqasijiet u l-isfidi tal-ġejjieni.

SFOND

Sa mill-pubblikazzjoni tagħha tal-Green Paper dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-2001, il-Kummissjoni Ewropea kellha rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ politika pubblika favur is-CSR.

TERMINU EWLIENI

* Responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR): kunċett li permezz tiegħu l-kumpaniji jintegraw il-preokkupazzjonijiet soċjali u ambjentali fl-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom u fl-interazzjoni tagħhom mal-partijiet interessati tagħhom fuq bażi volontarja. Għalkemm is-CSR għandha tkun immexxija mill-kumpaniji, il-gvernijiet jista’ jkollhom irwol ta’ sostenn permezz ta’ miżuri ta’ politika u regolamenti.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - L-implimentazzjoni tas-sħubija għat-tkabbir u l-impjiegi : nagħmlu l-ewropa pilastru ta' eċċellenza dwar ir-responsabbiltà soċjali ta' l-impriżi (COM(2006) 136 final tal-22.3.2006)

ATTI RELATATI

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem – Is-Sitwazzjoni Attwali (SWD(2015) 144 finali tal-14.7.2015)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (COM(2011) 681 final tal-25.10.2011)

Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, 2014

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23–34)

Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1–9)

l-aħħar aġġornament 09.11.2015

Top