Help Print this page 
Title and reference
Politika esterna u ta' sigurtà f'livell tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Politika esterna u ta' sigurtà f'livell tal-UE

 

SOMMARJU

L-UE KIF TMEXXI L-POLITIKA ESTERNA U TA' SIGURTÀ?

Bil-mezzi tagħha ta' Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) li tkopri l-oqsma kollha ta' politika estera u l-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà tal-UE.

Il-PESK tinkludi wkoll Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), li tkopri l-aspetti ta' difiża, militari u l-ġestjoni ta' kriżi ċivili tal-politika tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-politika esterna u ta' sigurtà tal-UE hija soġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi:

Teħid ta' deċiżjonijiet

Il-Kunsill Ewropew (summit li jikkonsisti minn kapijiet tal-UE tal-Istat/gvern li jiltaqgħu ta' lanqas 4 darbiet fis-sena) jidentifika l-interessi strateġiċi tal-UE, jiddetermina l-objettivi u jiddefinixxi l-impetu ġenerali tal-PESK.

Filwaqt li jittieħdu in kunsiderazzjoni dawn l-objettivi u d-direzzjoni strateġika, il-Kunsill tal-UEjivvota fuq azzjonijiet jew pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu taħt il-PESK.

Waqt li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tal-UE jitolbul-unanimità , l-apsetti ta' deċiżjonijiet jistgħu jiġu konklużi bil-vot tal-maġġoranza kwalifika li jfisser 55 % tal-pajjiżi tal-UE jivvutaw, li jirrappreżentaw ta' lanqas 65 % tal-populazzjoni tal-UE.

Implimentazzjoni

Ir-Rappreżentant Għoli huwa assistit mill-korpi diplomatiċi tal-UE, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni fil-qasam tal-PESK (l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa - TUE), ħlief għal:

meta tiġi riveduta l-legalità ta' miżuri restritti (eż. sanzjonijiet) meħudin mill-UE kontra individwi upersuni ġuridiċi;

meta jkun hemm monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-PESK mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Finanzjament

Il-pajjiżi tal-UE jiffinanzjaw operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.

Nefqa oħra operazzjonali hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-UE.

SFOND

Il-PESK, kif inhi magħrufa llum, flimkien mal-pożizzjoni tar-Rappreżentat Għoli u s-SEAEs, inħolqot fl-2009 bit-Trattat ta' Lisbona.

l-aħħar aġġornament 08.12.2015

Top