EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

 

SOMMARJU TA’:

Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Bażi legali

Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Objettivi

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI?

  • Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jistipula l-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea (UE), jagħtu aktar importanza lill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mit-Trattat preċedenti ta’ Nizza.
  • L-Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddikjara li l-UE tfittex li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, ir-razziżmu u l-ksenofobija, permezz ta’ miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħra, permezz tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi fi kwistjonijiet kriminali u, jekk meħtieġ, permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet kriminali tal-Istati Membri tal-UE.
  • L-ispazju nħalaq biex jassikura n-nuqqas ta’ kontroll fuq il-fruntiera mal-fruntieri interni filwaqt li joffri livell għoli ta’ protezzjoni liċ-ċittadini.

PUNTI EWLENIN

Titolu V tat-TFUE — Artikoli 67 sa 89 — jiffoka fuq l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Barra mid-dispożizzjonijiet ġenerali, dan it-titolu għandu kapitoli speċifiċi dwar:

Artikolu 47 tat-TUE jirrikonoxxi espliċitament l-personalità legali tal-UE u jagħmilha entità indipendenti fiha nfisha. Madanakollu, qabel ma t-TUE daħal fis-seħħ, materji relatati ma’ kooperazzjoni ġudizzjarja kriminali u kooperazzjoni tal-pulizija kienu koperti minn dak li kien magħruf bħala t-tielet pilastru tal-UE, u kienu regolati permezz ta’ kooperazzjoni intergovernattiva. Taħt dan it-tielet pilastru, l-istituzzjonijiet tal-UE ma kelllhomx kompetenzi u allura ma setgħux jadottaw regolamenti jew direttivi. It-Trattat ta’ Liżbona waqqaf lil dan, u ħalla lill-UE tintervjeni fil-materji kollha relatati mal-ispazju tal-libertà, sigurtà u ġustizzja.

Kontroll tal-fruntieri, ażil u immigrazzjoni

It-Trattat ta’ Liżbona attribwixxa kompetenzi ġodda lill-istituzzjonijiet tal-UE, li jħalluhom jadottaw miżuri bil-għan li:

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili

It-Trattat ta’ Liżbona jawtorizza lill-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jadottaw miżuri dwar:

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali;

Bl-abolizzjoni tat-tielet pilastru, il-kooperazzjoni ġudizzjarja kriminali saret qasam fejn l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jilleġiżlaw. Speċifikament taħt Artikolu 83 tat-TFUE, huma jistgħu jistipulaw regoli minimi li jiddefinixxu u jissanzjonaw l-aktar reati kriminali serji

L-UE tista’ wkoll tiddefinixxi regoli komuni fir-rigward tal-operazzjoni ta’ proċedura kriminali, pereżempju fir-rigward tal-ammissibilità ta’ evidenza jew id-drittijiet ta’ individwi.

It-Trattat ta’ Liżbona saħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), li l-missjoni tagħha hu li tgħin tikkoordina investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet bejn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri.

Kooperazzjoni tal-pulizija

Kooperazzjoni tal-pulizija effettiva hi element ewlieni biex l-UE ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja abbażi ta’ rispett għad-drittijiet fundamentali. Minn meta t-Trattat ta’ Liżbona daħal fis-seħħ, il-proċedura leġislattiva ordinarja ġiet estiża għall-aspetti kollha mhux operattivi tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Sadattant, kooperazzjoni operattiva hi suġġetta għal proċedura leġislattiva speċjali li teħtieġ unanimità fil-Kunsill. It-Trattat ta’ Liżbona wkoll ħolqot il-possibbilità li twaqqaf kooperazzjoni msaħħa jekk ma jintlaħaqx l-unanimità fil-Kunsill.

It-Trattat ta’ Liżbona anki tippermetti għat-tisħiħ gradwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-infurzar tal-Liġi (Europol). Hekk kif b’Eurojust, it-trattat jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill biex ikomplu jiżviluppaw il-missjonijiet u l-poteri ta’ Europol. Dan jispeċifika li kompiti ġodda jinkludu wkoll il-koordinazzjoni, organizzazzjoni u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet operattivi, u dawn huma inkorporati fir-regolament rivedut Europol (Regolament (UE) 2016/794 — ara s-sommarju

Eżenzjonijiet

Id-Danimarka u l-Irlanda minn arranġamenti speċjali. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri konformi ma’ Titolu V tat-TFUE (Protokoll Nru. 22 — “esklużjoni fakultattiva” — jeżenta lid-Danimarka milli tieħu sehem fil-politika). L-Irlanda tipparteċipa biss fl-adozzjoni u applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi wara deċiżjoni ta’ “inklużjoni fakultattiva” (Protokoll Nru. 21).

Hemm żewġ tipi ta’ klawżoli għal deroga li japplikaw għad-Danimarka u l-Irlanda.

  • klawżola “inklużjoni fakultattiva” li tippermetti lil kull wieħed minnhom li jipparteċipa, abbażi ta’ każ b’każ, fil-proċedura ta’ adozzjoni għal miżura jew l-applikazzjoni ta’ miżura li tkun diġà adottata. Huma mbagħad ikunu marbuta b’din il-miżura l-istess bħal Stati Membri oħra.
  • klawżola “esklużjoni fakultattiva li tippermettilhom biex ma japplikawx miżura fi kwalunkwe ħin.

SFOND

Taħt Artikolu 3 tat-TUE, li jistipula l-objettivi tal-UE, l-UE toffri liċ-ċittadini tagħha żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja komuni mingħajr fruntieri interni. Din hi żona fejn il-moviment liberu tal-persuni hu assikurat, u miżuri xierqa jittieħdu fir-rigward ta’ kontrolli esterni fuq il-fruntiera, ażil, immigrazzjoni u l-prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu 3 (ex Artikolu 2 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 17).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni — Titolu V — L-Ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kapitolu 1 — Dispożizzjonijiet ġenerali — Artikolu 67 (ex Artikolu 61 TKE u ex Artikolu 29 TUE) (ĠU L 202, 7.6.2016, p. 73).

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 202, 7.6.2016, pp. 295–297).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka (ĠU L 202, 7.6.2016, pp. 298–302).

Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, pp. 1–131).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/1896 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 138–183).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu VI — Dispożizzjonijiet finali — Artikolu 47 (ĠU L 202, 7.6.2016, p. 41).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni — Titolu V — Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kapitolu 4 — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Artikolu 83 (eks Artikolu 31 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 80–81).

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53–114).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 60–95).

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni) (ĠU L 351, 20.12.2012, pp. 1–32).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, 23.12.2011, pp. 1–9).

l-aħħar aġġornament 15.01.2024

Top