Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-Kunsill Ewropew: Regoli ta’ Proċedura

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Il-Kunsill Ewropew: Regoli ta’ Proċedura

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/882/EU li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

  • Din tistipula r-regoli u l-proċeduri għall-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew.
  • Dawn ikopru:
    • l-irwoli tal-President u s-segretarjat ġenerali,
    • it-tħejjija ta’ laqgħat,
    • il-votazzjoni, u
    • il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet.

PUNTI EWLENIN

  • Il-Kunsill Ewropew jiltaqa’ fi Brussell darbtejn kull sitt xhur għal massimu ta’ jumejn kull darba. Jistgħu jissejħu laqgħat oħra jekk dawn ikunu kkunsidrati meħtieġa.
  • Il-Kunsill Ewropew jikkonsisti minn:
  • Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà wkoll tieħu sehem f’dan ix-xogħol.
  • Id-daqs massimu tad-delegazzjonijiet nazzjonali u tal-Kummissjoni Ewropea għal laqgħa tal-Kunsill Ewropew huwa ta’ 20 persuna.
  • Fil-prinċipju d-deċiżjonijiet jittieħdu b’kunsens, għalkemm jista’ jittieħed vot f’każijiet previsti fit-trattati.
  • Il-Kunsill Ewropew jista’ jippubblika r-riżultati tal-voti u kwalunkwe dikjarazzjoni nazzjonali li takkumpanjahom.
  • Il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew ma jinżammux fil-pubbliku.
  • Il-minuti ta’ kull laqgħa jelenkaw id-dokumenti ppreżentati, il-konklużjonijiet approvati, id-deċiżjonijiet meħuda u kwalunkwe dikjarazzjoni li mexxej tal-UE jitlob li tkun inkluża.
  • Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief jekk jispeċifikaw destinatarju partikolari.
  • Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu responsabbiltà ġenerali għat-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tiegħu.
  • Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, bażikament ministri tal-affarijiet barranin, iħejji l-punti fuq l-aġenda għal-laqgħa u jiżgura s-segwitu meħtieġ wara.
  • Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali jqis l-abbozz ta’ aġenda annotata mill-inqas erba’ ġimgħat qabel jiltaqa’ l-Kunsill Ewropew. Huwa jiffinalizza t-tħejjijiet ta’ kwalunkwe laqgħa mhux aktar tard minn ħamest ijiem qabel jinġabru l-mexxejja tal-UE.
  • Il-President tal-Parlament Ewropew jista’ jiġi mistieden jindirizza l-Kunsill Ewropew.
  • Il-President tal-Kunsill Ewropew jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara kull laqgħa.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

It-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, stabbilixxa l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni sħiħa tal-UE bil-president tiegħu stess. L-irwol tal-Kunsill Ewropew huwa li jixpruna l-politika tal-UE u jiddefinixxi l-prijoritajiet tagħha.

ATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/882/EU tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 51)

l-aħħar aġġornament 15.02.2016

Top