Help Print this page 
Title and reference
Il-Parlament Ewropew

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-Parlament Ewropew

INTRODUZZJONI

Il-Parlament Ewropew huwa l-istituzzjoni fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni huma rappreżentati b'mod dirett. Huma fil-fatt jeleġġu, kull ħames snin, deputati Ewropej, in-numri ta' liema huma determinati għal kull Stat Membru.

Il-poteri tal-Parlament Ewropew żviluppaw skont ir-reviżjonijiet tat-trattati Ewropej. Il-Parlament, issa, jeżerċita l-poteri tiegħu fuq l-istess livell ta' ugwaljanza mal-Kunsill l-aktar fl-oqsma tal-kompetenza tal-Unjoni. Huwa jiddeċiedi il-baġit tal-Unjoni flikien mal-Kunsill. Jassigura kontroll politiku fuq il-Kummissjoni.

KOMPOŻIZZJONI

It-tqassim tas-siġġijiet bejn l-Istati Membri fil-Parlament huwa suġġett kumpless, li ta' spiss ikun fil-qalba tad-dibattiti waqt reviżjonijiet tat-trattati. Dan it-tqassim għandu fuq kollox iżomm proporzjon sodisfaċenti bejn is-siġġijiet allokati lill-Istati Membri u l-popolazzjoni tagħhom. Trid ukoll tippermetti li jkunu riflessi fil-PArlament il-kurrenti politiċi importanti, anki għall-Istati Membri bl-anqas popolazzjoni. Fl-aħħar, in-numru totali ta’ parlamentari ma jistax jaqbeż ċertu limitu sabiex ma jippreġudikax l-effikaċja tal-ħidma tal-Parlament.

Wara t-Trattat ta’ Lisbona, it-tqassim tas-siġġijiet bejn l-Istati Membri m’għadux jidher fit-Trattati. Issa dan għandu jkun parti minn deċiżjoni adottata unanimament mill-Kunsill Ewropew, fuq inizzjattiva tal-Parlament u bl-approvazzjoni tiegħu.

Għalhekk it-Trattat jistabbilixxi r-regoli bażiċi li fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Parlament:

  • in-numru massimu ta’ membri parlamentari huwa ta’ 751, li jinkludi il-President tal-Parlament;
  • in-numru minimu tas-siġġijiet għal kull Stat Membru huwa ta' 6;
  • in-numru massimu ta’ siġġijiet għal kull Stat Membru huwa ta’ 96;
  • it-tqassim tas-siġġijiet għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tal-proporzjonalità gradwali. Fi kliem ieħor, aktar ma Stat ikun popolat, aktar għandu jkollu membri parlamentari u aktar in-numru ta’ abitanti rrappreżentati minn membru parlamentari ta' dak l-Istat huwa kbir.

Wara l-adeżjoni tal-Kroazja flUnjoni f'Lulju 2013, in-numru ta' deputati Ewropej kien tela' temporanjament għal 766. Wara l-elezzjonijiet Ewrupej ta' Mejju 2014, dan in-numru reġa' niżel għal 751, 12-il pajjiż tifel siġġu (ir-Rumanija, il-Greċja, il-Belġju, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Bulgarija, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Litwanja u l-Estonja) u l-Ġermanja tilfet tlieta.

FUNZJONIJIET

It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ il-karattru demokratiku tal-UE billi jestendi l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew. Il-proċedura ta’ kodeċiżjoni, li fiha l-Parlament jinsab fuq l-istess livell tal-Kunsill, issa hija msemmija proċedura leġiżlattiva ordinarja. Aktar minn 40 qasam ġdid jaqa' taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fosthom l-agrikultura, is-sigurtà enerġetika, l-immigrazzjoni, il-ġustizzja u l-affarijiet barranin, is-saħħa pubblika u l-fondi strutturali (ara l-iskeda proċeduri legiżlattivi). Il-Parlament jintervjeni wkoll għall-atti adottati fil-qafas tal-proċeduri leġiżlattivi speċjali billi jagħti l-pariri tiegħu (proċedura ta' konsultazzjoni) jew l-apporvazzjoni tiegħu (proċedura ta' approvazzjoni)

Fuq il-livell internazzjonali, l-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa għal sensiela sħiħa ta’ ftehimiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew il-ftehimiet fl-oqsma koperti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja (eżempju l-ftehimiet kummerċjali). Barra minn hekk, għandu jkun ikkonsultat dwar kwalunkwe tip ieħor ta’ ftehimiet internazzjonali.

Il-kompetenzi baġitarji tal-Parlament ukoll issaħħu permezz tat-Trattat ta' Lisbona. Issa jinsab fuq l-istess livell mal-Kunsill fit-total tal-proċedura ta’ adozzjoni tal-baġit annwali tal-Unjoni u l-aktar għan-nefqa mhux obbligatorja. Qabel id-daħla fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament ma kellux id-deċiżjoni finali fuq in-nefqa obbligatorja, fir-rigward tal-agrikoltura jew fil-ftehimiet inernazzjonali (madwar 45% tal-baġit totali tal-Unjoni) li għaliha il-Parlament seta’ biss jipproponi xi emendi. Il-proċedura hija issemplifikata bl-istess mod u minn issa ’l quddiem tikkonsisti f'qari uniku tal-Parlament u tal-Kunsill, imbagħad passaġġ minn kumitat ta’ konċiljazzjoni jekk ikun il-każ (artikolu 314 tat-Trattat dwar it-tħaddim tal-UE).

Il-Parlament jara ukoll imsaħħaħ il-poter ta' kontroll politiku fuq il-Kummissjoni Ewropea. Huwa jeleġġi l-President tagħha, fuq il-bażi ta' prposta tal-Kunsill Ewropew, li għandu jżomm kont tar-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej. In-nomina tal-Kummissjoni kollha hija mbagħad soġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament.Din l-approvazzjoni tittratta wkoll in-nomina tar-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u tas-Sigurtà Komuni, li huwa fl-istess ħin, il-viċi-president tal-Kummissjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar it-tħaddim tal-UE, il-Parlament jista’ wkoll iġegħel lill-Kummissjoni biex ixxolji billi jivvota mozzjoni ta’ ċensura kontriha.

Fl-aħħar nett, il-Parlament jikseb aktar responsabbiltajiet f’dak li jirrigwarda r-reviżjoni tat-Trattati li jistabbilixxu l-UE. Huwa għandu d-dritt ta’ inizjattiva u jista’ għalhekk jipproponi reviżjoni tat-Trattati. Huwa jipparteċipa fil-Konvenzjoni li teżamina l-proġetti ppreżentati fil-qafas ta' proċedura ta’ reviżjoni ordinarja tat-Trattati u għandu jkun ikkonsultat għal emendi tat-Trattati fil-qafas ta' proċedura ta' reviżjoni ssimplifikata.

TABELLA TA' RIKAPITULAZZJONI

-

Artikoli

Suġġett

Trattat dwar l-UE

14

Ir-rwol u l-kompożizzjoni tal-Parlament

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE

223 sa 234

Il-mod kif jaħdem u jiffunzjona l-Parlament

ATTI RELATATI

2013/312/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew [Ġurnal Uffiċjali L181 tad-29.06.2013].

L-aħħar aġġornament: 08.05.2014

Top