Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ċittadinanza tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Ċittadinanza tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

L-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

SOMMARJU

X'INHI Ċ-ĊITTADINANZA TAL-UE?

Kull min huwa ċittadin ta' pajjiż tal-UE huwa awtomatikament ċittadin tal-UE. Il-prinċipju huwa stabbilit fit-Trattati tal-UE u huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp ta' identità Ewropea. Iċ-ċittadinanza tal-UE ma tissostitwix iċ-ċittadinanza nazzjonali. Hija addizzjonali magħha u tagħti lin-nies drittijiet speċifiċi.

PUNTI EWLENIN

Iċ-ċittadinanza tal-UE tagħti lin-nies id-dritt li:

jivvjaġġaw u jgħixu fi kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea,

jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali fejn qegħdin jgħixu,

protezzjoni diplomatika u appoġġ konsulari madwar id-dinja minn kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE,

petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe kwistjoni fi ħdan ir-responsabbiltà tal-UE,

iqajmu każijiet perċeputi ta' amministrazzjoni ħażina minn kwalunkwe istituzzjoni tal-UE mal-Ombudsman Ewropew,

jiktbu lil kwalunkwe istituzzjoni tal-UE b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u li jirċievu tweġiba bl-istess lingwa,

ikollhom aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill taħt ċertu kundizzjonijiet,

jipparteċipaw f'eżamijiet pubbliċi biex jidħlu fis-servizz pubbliku tal-UE.

It-Trattat ta' Lisbona introduċa forma addizzjonali ta' parteċipazzjoni pubblika: l- Inizjattiva taċ-Ċittadini. Dan jippermetti lil miljun ċittadin minn “numru sinifkanti” ta' pajjiżi tal-UE sabiex jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva fi kwalunkwe qasam fi ħdan ir-responsabbiltà tal-UE.

SFOND

Iċ-ċittadinanza tal-UE hija stabbilita fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

l-aħħar aġġornament 14.01.2016

Top