Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-protezzjoni tal-għoġġiela maħsubin għall-iskarnar

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-protezzjoni tal-għoġġiela maħsubin għall-iskarnar

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2008/119/KE — standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

Hi tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela miżmuma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

PUNTI EWLENIN

  • Din id-Direttiva tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (jiġifieri annimali tal-ispeċi bovin li għandu sa 6 xhur) li tpoġġew f’unitajiet li fihom jitkabbru għall-iskarnar. Dawn l-istandards, li saru obbligatorji mill-1 ta’ Jannar 2007, ma japplikawx għal għoġġiela miżmuma ma’ ommhom biex jerdgħu, jew għal azjendi b’anqas minn sitt għoġġiela.
  • Id-Direttiva ma tkoprix it-trasport tal-għoġġiela, li hu rregolat mir-Regolament (KE) Nru 1/2005.

Imqajel fi gruppi jew individwali

  • L-imqajel għandhom ikunu mibnija b’tali mod li jkunu jippermettu li kull għoġol ikun jista’ jimtedd, jistrieħ, iqum bilwieqfa u jnaddaf lilu nnifsu mingħajr diffikultà.
  • Mill-età ta’ 8 ġimgħat, l-imqajel individwali huma pprojbiti, ħlief fil-każ ta’ marda. Il-miżuri hija ġġustifikata bin-natura gregarja tal-annimali tal-ispeċi bovin.
  • Qabel l-età ta’ 8 ġimgħat, l-imqajel individwali huma permessi. Huma għandhom ikunu magħmula minn ħitan imtaqqba li jkunu jippermettu lill-għoġġiela li jkollhom kuntatt dirett bil-vista u bil-mess. Il-ħitan solidi jistgħu jintużaw biss biex jiżolaw annimali morda mill-bqija tal-merħla.
  • L-imqajel fi gruppi jeħtieġ li jikkonformaw mal-istandard li ġejjin relatati mal-ispazju (ara t-tabella hawn taħt).

Piż tal-annimal f’Kg

Erja f’m2

‹ 150

1.5

‹ 220

1.7

› 220

1.8

  • L-għoġġiela m’għandhomx jintrabtu (ħlief possibbilment waqt li jinsqew il-ħalib jew għal perjodu ta’ mhux aktar minn siegħa) jew ikollhom sarima.
  • Akkomodazzjoni, maqjel, tagħmir u għodda użati għall-għoġġiela jridu jitnaddfu u jkunu diżinfettati sew.
  • L-art trid tkun lixxa imma mhux tiżloq biex ikun evitat l-korriment tal-għoġġiela. In-naħa fejn jimteddu trid tkun komda, nadifa, u jitneħħa l-ilma b’mod adegwat. Is-sodod huma obbligatorju għall-għoġġiela li għandhom inqas minn ħmistax.

Saħħa

  • Kull għoġol għandu jirċievi kolostrum bovin kemm jista’ jkun malajr malli jitwieled (u fl-ewwel 6 sigħat tal-ħajja).
  • Kull għoġol li jkun marid jew korrut għandu jiġi kurat mingħajr dewmien. Għandu jinkiseb il-parir veterinarju kemm jista’ jkun malajr għal kull għoġol li ma jkunx jirrispondi għall-kura ta’ dak li jkun irabbih.

Dieta

  • L-għoġġiela kollha jridu jitgħallfu għall-inqas darbtejn kuljum. Kull għoġol irid ikollu aċċess għall-ikel fl-istess ħin bħall-oħrajn tal-grupp.
  • L-ikel tagħhom għandu jkun fih ħadid biżżejjed biex jiġi żgurat li l-livell medju tal-emoglobina fid-demm ikun ta’ l-anqas ta’ 4,5 mmol/litru u r-razzjon minimu ta’ l-ikel fibruż ta’ kull jum għandu jiġi provdut għal kull għoġol li jkollu aktar minn ġimgħatejn.
  • Id-dieta għandha tkun addattata għall-età u l-piż tal-annimal. Hi għandha tkun addattata wkoll għall-ħtiġijiet tiegħu f’dak li huwa komportament u fiżjoloġija.
  • L-għoġġiela li għandhom iktar minn ħmistax irid ikollhom aċċess għal ilma frisk.

Monitoraġġ tal-annimali

L-għoġġiela li jinżammu ġewwa għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas darbtejn kuljum u t-tagħmir mekkaniku mill-inqas darba kuljum. Fejn sistema artifiċjali ta’ ventilazzjoni hija użata, għandhom jiġu installati sistema ta’ alarm (ittestjata regolarment) u sistema supplimentari ta’ ventilazzjoni.

Livelli tad-dawl

L-għoġġiela għandhom jinżammu f’kondizzjonijiet ta’ dawl naturali jew artifiċjali (ekwivalenti għall-perjodu tad-dawl naturali bejn id-9 a.m. u l-5 p.m.).

Spezzjonijiet

  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom iwettqu spezzjonijiet kull sena fuq kampjun statistikament rappreżentattiv.
  • Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tibgħat esperti veterinari biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bl-assistenza tal-ispetturi nazzjonali.

Importazzjonijiet

Sabiex ikunu jistgħu jiġu importati minn pajjiżi mhux tal-UE, huwa meħtieġ ċertifikat li jiddikjara li huma rċevew trattament ekwivalenti għal dak mogħti lill-annimali li ġejjin mill-UE.

Regoli speċifiċi

Il-pajjiżi tal-UE, ġewwa t-territorji tagħhom, jistgħu japplikaw regoli aktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. F’dan il-każ, huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-quddiem b’dawn il-miżuri.

Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali

Ir-Regolament (UE) 2017/625, il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali tal-ikel uman u tal-għalf tal-annimali, jemenda ċerti dettalji tekniċi minuri tad-Direttiva. Dawn il-bidliet ser japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2019.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Hija bdiet tapplika mill-4 ta’ Frar 2009. Id-Direttiva tikkodifika u tħassar il-leġiżlazzjoni preċedenti (Id-Direttiva 91/629/KEE)

li kellha tiġi inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 1994.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, pp. 7-13)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, pp. 1-44)

l-aħħar aġġornament 15.11.2017

Top