EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Parafangi tal-vetturi bil-mutur

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1009/2010 — dwar ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi ta’ ċerti vetturi bil-mutur

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistipula regoli relatati mal-parafangi.
  • Huwa għandu l-għan li jadatta r-rekwiżiti attwali għall-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur. Huwa jagħmel parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 661/2009 dwar vetturi u trejlers sikuri.

It-tip ta’ vetturi kkonċernati

Dan ir-regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M1, jiġifieri vetturi ddisinjati u mibnija biex iġorru passiġġieri b’mhux iktar minn tmien (8) postijiet, minbarra s-sit tas-sewwieq.

Rekwiżiti għall-parafangi

  • Il-manifatturi għandhom jarmaw il-vetturi b’parafangu għal kull rota.
  • Il-parafangi jistgħu jikkonsistu minn partijiet tal-karrozzerija jew madgards separati, li jipproteġu lill-utenti tat-triq minn ġebel, tajn, silġ, silġ u ilma li jittajjar.
  • Ir-Regolament jiddefinixxi wkoll rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw, b’mod partikolari:
    • il-massa tal-vettura;
    • il-wisa’ totali tal-parafangu;
    • il-profil u l-pożizzjoni tal-parafangi.
  • Il-manifatturi għandhom ukoll jiddisinjaw il-vettura sabiex l-utenti jkunu jistgħu jużaw apparat għat-trazzjoni fuq il-borra*.

Regoli għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE lill-awtorità kompetenti. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

  • il-marka u t-tip tal-vettura;
  • l-għadd ta’ fusien u roti;
  • disinji fid-dettall tal-parafangi.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-parafangi, għandha tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi tal-UE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa ilu japplika mit-30 ta’ Novembru 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Apparat għat-trazzjoni fuq il-borra: katina għas-silġ jew apparat ekwivalenti ieħor li jipprovdi trazzjoni fil-borra, li jista’ jiġi mmuntat fuq il-kombinazzjoni ta’ tajer/rota tal-vettura.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 21-29)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1-24)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1-160)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 30.04.2019

Top