EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin tal-karozzi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) Nru 1008/2010 — rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli dwar is-sistemi tal-wajper* u tal-washer* tal-windskrin ta’ vetturi bil-mutur.
  • L-għan huwa li r-rekwiżiti attwali jiġu adattati għall-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabblixxi rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin tal-vetturi bil-mutur. Huwa jagħmel parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza tal-vetturi bil-mutur.

Tip ta’vetturi kkonċernati

Dan ir-regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M1, jiġifieri vetturi ddisinjati u mibnija għall-ġarr tal-passiġġieri, li jesgħu mhux aktar minn 8 passiġġieri bilqiegħda minbarra s-sewwieq.

Rekwiżiti dwar is-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin

Il-manifatturi għandhom jgħammru l-vetturi bil-mutur b’dawn li ġejjin:

  • wajpers tal-windskrin li jikkonsistu f’dirgħajn tal-wajpers. Is-sistema tal-wajper tal-windskrin irid ikollha wkoll mill-inqas żewġ settings tal-frekwenza taċ-ċaqliq. Iż-żona tal-wajper tal-windskrin trid tkopri mill-inqas 98 % tal-erja viżiva A u 80 % tal-erja viżiva B (dawn l-ejras huma definiti fil-paragrafi 2.2 u 2.4 rispettivament tal-Anness 18 tar-Regolament tal-UNECE Nru 43);
  • sistema tal-washer sabiex tisprejja fluwidu fl-erja fil-mira tal-windskrin mingħajr l-ebda traċċa ta’ tnixxija, skonnettjar ta’ kwalunkwe pajp jew funzjonament ħażin ta’ kwalunkwe żennuna. Din is-sistema trid tkun kapaċi twaddab biżżejjed fluwidu biex tnaddaf mill-inqas 60 % tal-erja viżiva A.

Ir-regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri tal-ittestjar biex tiġi vverifikata l-konformità tal-apparat.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip lill-awtorità kompetenti. Il-manifattur għandu żewġ għażliet:

  • li jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għal kull tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-windskrin tagħha; jew
  • li jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unità teknika, għal tip ta’ sistema tal-washer tal-windskrin.

L-applikazzjoni tal-UE jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

  • l-għamla u t-tip tal-vettura;
  • deskrizzjoni teknika dettaljata tas-sistema tal-wajper u tal-washer;
  • deskrizzjoni tal-metodu ta’ kif jaħdmu s-sistemi tal-wajper u tal-washer.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw is-sistemi tal-wajper u tal-washer, hija tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip b’konformità mad-Direttiva 2007/46/KE.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-30 ta’ Novembru 2010.

* TERMINI EWLENIN

Sistema tal-wajper tal-windskrin: sistema sabiex timsaħ il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin.

Sistema tal-washer tal-windskrin: sistema għall-ħażna, it-trasferiment u l-immirar tal-fluwidu lejn il-wiċċ ta’ barra tal-windskrin.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 2-20)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1008/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1160)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 124)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 27.10.2016

Top