EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2010 — approvazzjoni tat-tip għall-apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi r-regoli tat-tip għall-apparat għall-irmunkar* tal-vetturi motorizzati.
  • Huwa għandu l-għan li jadatta r-rekwiżiti attwali għall-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.
  • Huwa jagħmel parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur.

PUNTI EWLENIN

Tipi ta’ vetturi kkonċernati

Dan ir-regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M u N, jiġifieri:

  • vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija għall-ġarr tal-passiġġieri u li għandhom mill-inqas erba’ roti;
  • vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija għall-ġarr tal-oġġetti u li għandhom mill-inqas erba’ roti.

Rekwiżiti għall-apparati tal-irmunkar

  • Il-manifatturi huma meħtieġa jgħammru lill-vetturi b’apparat għall-irmunkar . Apparati tal-irmunkar għandu jkun jiflaħ forza trazzjoni jew kompressjoni statika ekwivalenti għal mill-inqas nofs il-piż tat-tagħbija massimu teknikament permissibbli tal-vettura.
  • Ir-regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri tal-ittestjar biex tiġi vverifikata l-konformità tal-apparat.

Regoli għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE lill-awtorità kompetenti. Din l-applikazzjoni għandha tinkludi ċerta informazzjoni, speċifikament:

  • l-għamla u t-tip tal-vettura;
  • il-piż tat-tagħbija massimu teknikament permissibbli tal-vettura ddikjarata mill-manifattur;
  • disinn jew ritratt tax-chassis/żona tal-karozzerija tal-vettura li juri l-pożizzjoni, il-kostruzzjoni u l-muntaġġ tal-apparat tal-irmunkar.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw l-apparat tal-irmunkar, hija tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mid-29 ta’ Novembru 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Apparat tal-irmunkar: apparat fl-għamla ta’ ganċ, ħolqa jew forma oħra, li miegħu tista’ titwaħħal parti ta’ konnessjoni, bħal żbarra tal-irmunkar jew ħabel tal-irmunkar.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 291, 9.11.2010, pp. 36-42)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, pp. 1-24)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, pp. 1-160)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.05.2019

Top