EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Nixprunaw l-irkupru Ewropew

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2009) 114 finali) – Nixprunaw l-irkupru Ewropew

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA?

Tistabbilixxi serje ta’ miżuri li għandhom jittieħdu biex iqajmu l-irkupru fl-Unjoni Ewropea (UE) wara l-kriżi finanzjarja li bdiet fis-sajf tal-2007 u li intensifikat fl-aħħar tal-2008.

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni tippreżenta programm ambizzjuż li jimmira li:

  • 1.

    Jirrestawra u li jżomm l-istabbiltà tas-settur finanzjarju

Ir-rapport, ippreżentat mill-Grupp De Larosière (pdf), jagħmel is-sorveljanza il-pedament ta’ sistema finanzjarja stabbli.

Il-Kummissjoni Ewropea beħsieba tistabbilixxi qafas superviżorju biex tidentifika riskji potenzjali relatati mas-swieq finanzjarji kmieni permezz ta’:

  • 2.

    Is-sigurtà kellha tkun ukoll parti integrali mir-regolamenti Ewropej tal-futur. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għamlet il-pjanijiet għal:

    • strument leġiżlattiv li jistabbilixxi standards regolatorji u superviżorji għal fondi spekulattivi u ekwità privata;
    • White Paper dwar l-istrumenti għal intervent bikri għall-prevenzjoni ta' kriżi possibbli;
    • rapport dwar id-derivattivi u prodotti strutturati oħrajn kumplessi oħrajn biex tiżdied it-trasparenza u tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja;
    • leġiżlazzjoni biex iżżid il-kwalità u l-kwantità tal-kapital prudenzjali, biex tindirizza r-riskju ta’ likwidità u tillimita ingranaġġ eċċessiv.

Bl-għan li terġa' tibni l-fiduċja ta’ investituri, il-konsumaturi u l-intrapriżi żgħar u medji Ewropej fl-ekonomiji tagħhom, l-aċċess tagħhom għall-kreditu u d-drittijiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti finanzarji, il-Kummissjoni tfittex li tieħu azzjoni fl-oqsma li ġejjin:

Ir-remunerazzjoni tal-impjegati fis-settur finanzjarju u tad-diretturi tiegħu ukoll qiegħda tiġi kkunsidrata permezz ta’ pakkett ta’ proposti leġiżlattivi li jimmiraw li jippreżentawhom għal sorveljanza prudenzjali.

Fl-aħħar, sistema ta’ sanzjonijiet armonizzata kellha tiġi introdotta biex tipprevjeni abbuż mis-suq.

  • 3.

    Appoġġ għall-ekonomija reali

Is-suq uniku tal-UE għandu jkompli jkun l-ixprunatur wara l-prosperità ekonomika u soċjali tagħha fl-UE. Għal dan l-għan, il-pajjiżi tal-UE għandhom iżidu l-appoġġ tagħhom għall-ekonomija reali billi jimplimentaw il-prinċipji li ġejjin:

  • jeliminaw l-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija u servizzi;
  • jimplimentaw tibdil strutturali li jissodisfa l-isfidi fil-klima u fl-enerġija permezz tal-promozzjoni ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju;
  • jippromwovu l-iskambju ta’ prattiċi tajbin u sinerġiji f’termini ta’ koperazzjoni tal-UE;
  • iżommu s-suq uniku tal-UE miftuħ għal sħab kummerċjali.
  • 4.

    Appoġġ għall-popolazzjoni

Il-kriżi kellha wkoll konsegwenzi negattivi fuq is-suq tax-xogħol u aċċentwat problemi ta’ qgħad u ta' esklużjoni soċjali. Biex tiġġieled dawn il-problemi, il-Kummissjoni stiednet lill-pajjiżi tal-UE biex jibdew azzjoni fl-oqsma li ġejjin:

  • iżommu l-persuni fl-impjieg;
  • jirrinforzaw attivazzjoni u jipprovdu appoġġ għall-introjtu;
  • jinvestu f’taħriġ mill-ġdid u aġġornament tal-ħiliet;
  • jipprevenu dejn eċċessiv u jżommu aċċess għas-servizzi finanzjarji;
  • jiggarantixxu l-moviment liberu tal-ħaddiema;
  • jimplimentaw miżuri ta’ appoġġ għal ħaddiema bla sengħa;
  • jiġġieldu t-tluq bikri mis-sistema edukattiva;
  • jippromwovu flessigurtà f’termini tal-protezzjoni tal-impjieg.

SFOND

Parti minn din il-komunikazzjoni ġiet proposta fi tħejjija għas-Summit tal-G20 f’Londra (April 2009). Il-proposti li ġejjin saru bl-għan li jimmitigaw id-defiċjenzi tal-ekonomija globali kkawżati mill-kriżi:

  • tissaħħaħ l-arkitettura globali finanzjarja;
  • jissaħħaħ il-qafas finanzjarju.

ATT

Komunikazzjoni għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa – Nixprunaw l-irkupru Ewropew – L-Ewwel Volum (COM(2009) 114 finali tal-4 ta’ Marzu 2009)

l-aħħar aġġornament 08.05.2016

Top