Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
White Paper dwar l-isport

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

White Paper dwar l-isport

 

SOMMARJU TA’:

White paper dwar l-isport (COM(2007) 391 final)

X’INHU L-GĦAN TAL-WHITE PAPER?

  • Din il-white paper kienet waħda mill-kontribuzzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea lejn it-tema tal-isport u r-rwol tiegħu fil-ħajjiet ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE).
  • Din għarfet l-impatt li jista’ jkollu l-isport fuq politiki oħrajn tal-UE.
  • Din identifikat ukoll il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tad-dinja tal-isport.
  • Din fetħet prospetti futuri għall-isport fil-livell tal-UE, waqt li tirrispetta l-liġi tal-UE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-indipendenza tal-organizzazzjonijiet tal-isport.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

  • L-objettivi ewlenin tal-white paper huma li:

    • tistabbilixxi linji gwida strateġiċi;
    • tinkoraġġixxi dibattitu dwar problemi speċifiċi;
    • tagħti lill-isport profil ogħla fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE;
    • tenfasizza l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur;
    • tidentifika l-livell xieraq ta’ gvern għal azzjoni futura.
  • B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni fittxet li tuża l-white paper biex:

    • tiżgura li d-dimensjoni tal-isport tiġi riflessa b’mod sħiħ fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE;
    • iżżid iċ-ċarezza tad-dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tal-acquis tal-UE għall-isport u b’hekk tgħin biex ittejjeb il-governanza tal-isport fl-UE.

Struttura

Il-white paper indirizzat 3 temi:

Pjan ta’ azzjoni

  • Flimkien mal-white paper, il-Kunsill adotta pjan ta’ ħidma għall-2014-2017. Bħalissa għaddej pjan ta’ ħidma tal-UE ġdid għall-isport li jibda minn Lulju 2017 sa Diċembru 2020.
  • Il-pjan ta’ ħidma għall-2014-2017 jinkludi firxa ta’ miżuri speċifiċi li jirrelataw mal-aspetti soċjali u ekonomiċi tal-isport, bħas-saħħa, l-inklużjoni soċjali, ix-xogħol volontarju, l-edukazzjoni jew ir-relazzjonijiet esterni. Dawn huma kif ġej:

    • l-iżvilupp ta’ linji gwida dwar l-attività fiżika u li jiġi stabbilit netwerk Ewropew li jippromwovi l-isport bħala attività li ttejjeb is-saħħa;
    • il-ġlieda kontra d-doping fl-isport b’mod aktar effettiv fil-livell Ewropew;
    • l-għoti ta’ tikketta Ewropea lill-iskejjel li jinkoraġġixxu involviment f’attivitajiet fiżiċi;
    • it-tnedija ta’ studju dwar xogħol volontarju fl-isport;
    • it-titjib tal-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni permezz tal-isport, bl-użu ta’ programmi u riżorsi tal-UE;
    • il-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, tal-esperjenzi u ta’ prattiki tajbin bejn is-servizzi tal-infurzar tal-liġi u l-organizzazzjonijiet tal-isport għall-prevenzjoni tar-razziżmu u l-vjolenza;
    • il-ġbir ta’ statistiċi li jikkwantifikaw l-impatt ekonomiku tal-isport u li fuqhom tista’ tiġi bbażata politika;
    • ir-reviżjoni tal-finanzjament tal-isport pubbliku u privat;
    • it-twettiq ta’ aktar xogħol dwar l-attivitajiet tal-aġenti tal-plejers u l-valur miżjud ta’ azzjoni tal-UE possibbli f’dan il-qasam (is-suġġett ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011);
    • strutturar aħjar tad-djalogu dwar l-isport fil-livell tal-UE, speċjalment permezz ta’ forum annwali dwar l-isport;
    • iż-żieda ta’ kooperazzjoni intergovernattiva dwar kwistjonijiet tal-isport;
    • il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ kumitati ta’ djalogu soċjali Ewropej fis-settur tal-isport, u l-għoti tal-appoġġ lill-impjegaturi u lill-impjegati.

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni timmonitorja l-progress tal-inizjattivi permezz ta’ djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-isport:

Il-promozzjoni ta’ sħubiji u avvenimenti

Il-programm Erasmus+ jipprovdi opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet tal-isport, għall-awtoritajiet pubbliċi u għal organizzazzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-isport tal-UE. Dan jappoġġja proġetti mfassla biex jippromwovu sħubiji kollaborattivi, avvenimenti, it-twettiq ta’ politiki bbażat fuq l-evidenza, u djalogu mal-organizzazzjonijiet tal-isport. Il-programm Erasmus+ jiffoka fuq sport tal-massa u jfittex li jilħaq l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

  • l-indirizzar ta’ theddid għall-integrità tal-isport li jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed, bħad-doping, l-iffissar tar-riżultati tal-partiti u l-vjolenza, kif ukoll intolleranza u diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip;
  • il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ governanza tajba fl-isport u fil-karrieri doppji għall-atleti;
  • il-promozzjoni ta’ attivitajiet volontarji fl-isport, flimkien mal-inklużjoni soċjali, opportunitajiet indaqs u sensbilizzazzjoni dwar l-importanza ta’ attività fiżika li ttejjeb is-saħħa permezz ta’ parteċipazzjoni miżjuda fi, u aċċess ugwali għall-isport għal kulħadd.

SFOND

  • L-isport, bħala fenomenu soċjali u ekonomiku, jgħin biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE ta’ solidarjetà u prosperità. Dan iwassal il-kunċetti tal-paċi, it-tolleranza, il-fehim reċiproku u l-edukazzjoni, f’konformità mal-ideal Ewropew.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

White paper – White paper dwar l-isport (COM(2007) 391 final, 11.7.2007)

DOKUMENTI RELATATI

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – L-UE u l-Isport: Sfond u Kuntest — Dokument ta’ akkumpanjament għall-White Paper dwar l-Isport (SEC(2007) 935 final, 11.7.2007)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport (COM(2011) 12 final, 18.1.2011)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2014-2017) (ĠU C 183, 14.6.2014, pp. 12-17)

l-aħħar aġġornament 10.7.2017

Top