EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sistema għall-protezzjoni kontra l-falsifikar tal-euro

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 1338/2001 — il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikazzjonar

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jiġbru u jiskambjaw informazzjoni dwar noti u muniti foloz bejniethom u mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u ma’ pajjiżi mhux tal-UE, fejn xieraq.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1339/2001 jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament biex ikopri Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro.

Il-karatteristiċi prinċipali tas-sistema għall-protezzjoni tal-euro

  • Data teknika dwar karti tal-flus u muniti tal-euro falsifikati huma trażmessi sistematikament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (prinċipalment il-banek ċentrali nazzjonali) lill-BĊE; il-BĊE mhuwiex responsabbli għall-ħżin u għall-ipproċessar
  • L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jippermettu liċ-ċentru tal-analiżi nazzjonali tagħhom jeżamina karti tal-flus u muniti li jkun hemm is-suspett li huma foloz u jippermettu liċ-Ċentru Nazzjonali tal-Faħam jeżamina muniti suspettati. Dawn il-korpi għandhom jibagħtu kull tip ġdid ta’ karti tal-flus suspettati lill-BĊE u kull tip ġdid ta’ muniti suspettati liċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC).
  • L-istituzzjonijiet ta’ kreditu, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas oħrajn u istituzzjonijiet oħrajn li jipproċessaw u li jqassmu karti tal-flus u muniti lill-pubbliku għandhom ċerti obbligi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għall-istituzzjonijiet li ma jikkonformawx.
  • Il-kooperazzojni (fost affarijiet oħrajn permezz tal-programm Pericles, stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2021/840) iseħħ bejn l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri (b’mod partikolari l-uffiċċji ċentrali nazzjonali stabbiliti skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Falsifikazzjoni tal-Munita), il-BĊE, il-Kummissjoni u l-Europol
  • L-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ falsifikazzjoni tal-euro hija ċentralizzata fuq livell nazzjonali u trażmessa lill-Europol.
  • Is-sistema tinvolvi wkoll kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (inkluż l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol)).

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-lista tal-awtoritajiet li jaħtru bħala kompetenti sabiex jidentifikaw karti tal-flus u muniti ffalzifikati lill-Kummissjoni u lill-BĊE.

Il-Kummissjoni stabbiliet il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Euro biex:

  • jassisti fl-abbozzar ta’ proposti għal atti legali u inizjattivi ta’ politika relatati mal-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus u muniti;
  • jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-ETSC, il-BĊE u l-Europol;
  • jiskambja informazzjoni u jistabbilixxi prattiki tajba dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda tal-falsifikazzjoni, u janalizza l-impatt tiegħu;
  • jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 u l-programm Pericles.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002. Madankollu, kien japplika mill-4 ta’ Lulju 2001 għall-karti tal-flus u muniti li kienu għadhom ma nħarġux iżda li kienu maħsuba li jinħarġu.

SFOND

Introdott qabel l-introduzzjoni tal-euro fl-2002, ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ifittex li jipproteġi l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-falsifikazzjoni.

Huwa jikkumplimenta serje ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu qabel:

  • jistabbilixxi ċentri ta’ analiżi nazzjonali u ċentri ta’ analiżi nazzjonali tal-munita;
  • jistabbilixxi ċ-Ċentru ta’ Falsifikazzjoni;
  • jiġbor informazzjoni teknika dwar il-falsifikazzjoni tal-euro mill-BĊE u mill-ETSC responsabbli għall-analiżi tal-muniti tal-euro;
  • jintroduċi sanzjonijiet penali kontra l-falsifikazzjoni tal-euro.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar ta’ l-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, pp. 6–10).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/840 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm “Pericles IV”),u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 (ĠU L 186, 27.5.2021, pp. 1–11).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2016 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Euro (ĠU C 58, 13.2.2016, pp. 5–7).

Ftehim bejn l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (ĠU C 123, 17.4.2015, pp. 1–5).

Id-Direttiva 2014/62/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, pp. 1–8).

Id-Deċiżjoni 2013/211/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (riformulazzjoni) (BĊE/2013/10) (ĠU L 118, 30.4.2013, pp. 37–42).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni 2010/597/UE tal-Bank ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (ĠU L 267, 9.10.2010, pp. 1–20).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, pp. 1–5).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigwrad ta’ muniti foloz tal-euro (ĠU J L 325, 12.12.2003, p. 44).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta’ l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, pp. 1–2).

Id-Deċiżjoni 2001/912/KE tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2001 dwar ċerti kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ aċċess għas-Sistema ta’ Monitorjar ta’ Falsifikazzjonijiet (SMF) (BĊE/2001/11) (ĠU L 337, 20.12.2001, pp. 49–51).

l-aħħar aġġornament 15.02.2023

Top