EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Bojlers tal-misħun effiċjenti u bla periklu

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 92/42/KEE dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi

SOMMARJU

Bojlers tal-misħun għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eko-disinn tal-UE.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' effiċjenza enerġetika* għal ħiters jew “bojlers” ġodda tal-misħun li jaħdmu bi fjuwils likwidi jew bil-gass.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tapplika għal bojlers b'output ta' mhux inqas minn 4kW u mhux aktar minn 400kW, speċifikament:

  • bojlers standard
  • bojlers ta' temperatura baxxa
  • bojlers tal-kondesazzjoni tal-gass

Ma tapplikax għal:

  • bojlers tal-misħun li kapaċi jitħaddmu minn fjuwils differenti inkluż fjuwils solidi
  • apparat sabiex jitħejja l-misħun dak il-ħin
  • bojlers iddisinjati sabiex jitħaddmu minn fjuwils għajr minn fjuwils likwidi u tal-gass li jiġu kkummerċjalizzati b'mod komuni
  • cookers u apparat ieħor li jipprovdu l-misħun għal sistemi ta' tisħin ċentrali, u li jipprovdu misħun sanitarju biss bħala funzjoni sekondarja
  • apparat b'outputs ta' inqas minn 6kW li jużaw iċ-ċirkolazzjoni tal-gravità u li huma ddisinjati biss għall-produzzjoni ta' misħun sanitarju storjat
  • bojlers immanifatturati fuq bażi one-off - jiġifieri, prodotti darba u għaldaqstant mhux immanifatturati bħala parti minn serje
  • unitajiet ta' koġenerazzjoni* (Direttiva 2004/8/KE).

Standardizzazzjoni u l-marka“CE”

Kwalunkwe bojler immanifatturat skont l-istandards Ewropej armonizzati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva. Valutazzjoni, qabel it-twaħħil tal-marka tal-konformità CE ssir minn:

  • korpi ddisinjati minn pajjiżi tal-UE skont il-kriterji ta' valutazzjoni minimi u nnotifikati lill-Kummissjoni u lil pajjiżi oħrajn tal-UE;
  • jew mill-manifatturi nfushom.

Eko-disinn

  • Id-Direttiva hija waħda mill-miżuri li timplimenta d-Direttiva Qafas 2009/125/KE dwar l-eko-disinn, li tistabbilixxi rekwiżiti tal-effiċjenza għal gruppi ta' prodotti individwali. Tneħħi l-għażla għal pajjiżi tal-UE milli japplikaw sistema ta' tikkettar speċifika għal bojlers li huma aktar effiċjenti minn dawk standard. Is-setturi tal-industrija jistgħu jagħmlu wkoll ftehimiet volontarji sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-prodotti tagħhom. Il-Kummissjoni tapprova formalment dawn il-ftehimiet u kontrolli dwar l-implimentazzjoni tagħhom.
  • Id-Direttiva tal-UE dwar l-Effiċjenza Enerġetika tistabbilixxi miri obbligatorji għall-pajjiżi tal-UE sabiex tintlaħaq il-mira ta' 20% effiċjenza enerġetika sal-2020. Serje ta' regolamenti dwar l-effiċjenza enerġetika għal bojlers ġew ippubblikati fl-2013 bħala parti minn din il-politika. Huma jistabbilixxu standards minimi u skema ta' tikkettar tal-enerġija.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 813/2013 li jemenda d-Direttiva 92/42/KEE, jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' eko-disinn għall-ħiters tal-ispazji* u ħiters ta' kombinazzjoni* li ma jaħdmux fuq biomassa u li jipproduċu inqas minn 400 kW.

TERMINI EWLENIN

* Effiċjenza enerġetika: użu ta' inqas enerġija biex jiġi pprovdut l-istess servizz, jiġifieri inqas enerġija tat-tisħin biex tinżamm l-istess temperatura.

* Ko-ġenerazzjoni: il-produzzjoni simultanja tal-elettriku u s-sħana, li t-tnejn li huma jintużaw.

* Ħiter tal-ispazju: apparat, mgħammar b'ġeneratur tas-sħana wieħed jew aktar, li jipprovdi sħana lil sistema tat-tisħin ċentrali bbażata fuq l-ilma sabiex spazju fuq ġewwa jinżamm f'temperatura kullimkien l-istess.

* Ħiter ta' kombinazzjoni: ħiter tal-ispazji ddisinjata wkoll biex tipprovdi misħun jew ilma sanitarju sħun li tkun imqabbda ma provvista esterna ta' ilma tax-xorb jew sanitarju/

Għal aktar tagħrif, ara Ħiters fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Direttiva 92/42/KEE

3.6.1992

31.12.1992

ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17–28

Atti li jemendaw

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 93/68/KEE

2.8.1993

1.7.1994

ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1–22

Id-Direttiva 2008/28/KE

21.3.2008

ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48–50

Ir-Regolament (KE) Nru 813/2013

26.9.2013

ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136–161

Emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 92/42/KEE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.

ATTI RELATATI

Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13–35)

Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1–56)

l-aħħar aġġornament 22.10.2015

Top