Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-iżgurar tal-funzjonament tas-suq uniku għall-konsumaturi tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-iżgurar tal-funzjonament tas-suq uniku għall-konsumaturi tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (KUMM(2008) 31 finali) — Il-monitoraġġ tar-riżultati tal-konsumatur fis-suq uniku: Il-kwadru ta' valutazzjoni tas-swieq tal-konsumatur

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Il-Kwadri ta’ valutazzjoni tal-Konsumatur ġew stabbiliti fl-2008, permezz ta’ din l-komunikazzjoni.
  • Hija tippreżenta l-metodoloġija inizjali użata biex jiġu evalwati s-swieq tal-konsumatur u r-riżultati tal-ewwel kwadru ta’ valutazzjoni tas-swieq tal-konsumatur.
  • Hija tiddeskrivi wkoll possibilitajiet għal titjib, pereżempju billi tistabbilixxi klassifikazzjoni armonizzata ta’ lmenti tal-konsumaturi fil-livell tal-UE u żżid l-għadd ta’ setturi koperti.

PUNTI EWLENIN

X’inhu l-kwadru ta’ valutazzjoni tas-swieq tal-konsumatur?

Dan huwa għodda ta' monitoraġġ tas-swieq tal-konsumatur: kwadru ta’ valutazzjoni li jqis mhux biss il-prezzijiet u s-sikurezza tal-prodotti, iżda wkoll is-sodisfazzjon tal-konsumatur.

Monitoraġġ tas-swieq tal-prodotti għall-konsumatur

Il-proċess ta’ monitoraġġ tas-swieq tal-prodotti għall-konsumatur huwa maqsum f’żewġ fażijiet:

  • fażi tal-għażla — li tidentifika s-setturi li qed jaħdmu ħażin;
  • fażi tal-analiżi — li tidentifika l-kawża ta’ dan it-tħaddim difettuż.

Il-fażi tal-għażla

Jiġu eżaminati tliet aspetti tas-suq:

  • 1.

    L-identifikazzjoni tas-swieq tal-konsumatur

Il-prestazzjonijiet ġenerali tas-setturi differenti huma analizzati permezz tal-ħames indikaturi li ġejjin:

  • l-ilmenti tal-konsumaturi
  • il-livelli tal-prezzijiet
  • is-sodisfazzjon tal-konsumatur
  • bidliet fil-fornitur
  • is-sikurezza tal-prodotti u s-servizzi.
  • 2.

    Il-valutazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq uniku tal-bejgħ bl-imnut

  • L-integrazzjoni tas-suq intern tal-bejgħ bl-imnut tista’ titkejjel mill-preżenza tal-bejjiegħa bl-imnut minn pajjiżi oħra, investiment barrani dirett intra-UE u l-bejgħ bl-imnut intra-UE.
  • Tiġi kkunsidrata wkoll l-attitudni tan-nies li jixtru mill-UE u l-problemi li jiffaċċjaw.
  • 3.

    L-ambjent tal-konsumatur fil-pajjiżi tal-UE jingħata standards ta' referenza

Biex jiġu vvalutati l-ambjenti differenti tal-konsumatur, jiġu eżaminati dawn l-aspetti li ġejjin:

  • l-infurzar tal-legiżlazzjoni;
  • ir-rimedju, u l-perċezzjonijiet tal-konsumatur dwar ir-rimedju;
  • l-irwol tal-organzzazzjonijiet tal-konsumatur u l-kunfidenza tal-konsumatur fihom;
  • il-grad tat-tisħiħ tal-konsumatur: b’mod partikolari, il-livelli tal-edukazzjoni, l-informazzjoni, il-kompetenza u l-għarfien.

Il-fażi tal-analiżi

Jiġu analizzati għadd ta’ kwistjonijiet inkluż:

  • it-tisħiħ tal-konsumatur;
  • il-preġudizzji li jsofru l-konsumaturi;
  • ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-konsumatur;
  • indikaturi leġiżlattivi;
  • il-konformità mal-leġiżlazzjoni;
  • il-kwalità, u b’mod partikolari l-grad ta’ innovazzjoni, is-saħħa u l-ambjent;
  • l-aċċessibiltà u prezzijiet raġonevoli;
  • l-interoperabilità, jiġifieri l-kapaċità li sistema jew prodott jiffunzjona ma’ prodotti oħra.

L-irfinar tal-kwadru ta’ valutazzjoni tal-konsumatur mill-2008

Ġew żviluppati u ppubblikati żewġ tipi ta’ kwadru ta’ valutazzjoni tal-konsumatur mill-2008.

  • Il-Kwadru ta’ valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur isegwi l-prestazzjoni ta’ aktar minn 40 suq tal-konsumatur fuq il-bażi ta’ indikaturi ewlenin bħall-fiduċja li l-bejjiegħa jikkonformaw
    • mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur,
    • mal-komparabilità ta’ offerti,
    • l-għażla disponibbli fis-suq,
    • il-limitu sa fejn l-aspettattivi tal-konsumatur qed jintlaħqu, u
    • il-ħsara kkawżata minn problemi li jiffaċċjaw il-konsumaturi.
  • Indikaturi oħrajn, bħat-tibdil tal-fornitur u l-prezzijiet, ukoll huma suġġetti għal monitoraġġ u analizzati f’dan il-kwadru ta’ valutazzjoni.
  • Il-Kwadru ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur jissorvelja l-kundizzjonijiet nazzjonali għall-konsumaturi fi tliet oqsma:
    • l-għarfien u l-fiduċja,
    • il-konformità u l-infurzar, u
    • l-ilmenti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim.
  • Dan il-kwadru ta’ valutazzjoni jeżamina l-progress fl-integrazzjoni tas-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-UE.
  • Sa mill-2013, iż-żewġ kwadri ta’ valutazzjoni qed jiġu ppubblikati sena iva u sena le.
  • Saret reviżjoni metodoloġika sħiħa tal-kwadru ta’ valutazzjoni tal-konsumatur fl-2013-2015 b’kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Din ir-reviżjoni wasslet għal bidliet fil-metodoloġija ddisinjata.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-monitoraġġ tar-riżultati fis-suq waħdieni: Il-Kwadru ta valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (KUMM(2008) 31 finali, 29.1.2008)

l-aħħar aġġornament 23.01.2017

Top