EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Aġenziji Eżekuttivi tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi l-istatut tal-aġenziji eżekuttivi li ġew inkarigati bil-ġestjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea (UE). B’mod partikolari, jirregola ċerti aspetti essenzjali li jikkonċernaw:

  • l-istruttura,
  • il-kompiti,
  • it-tħaddim,
  • is-sistema baġetarja,
  • il-persunal,
  • is-sorveljanza, u
  • r-responsabbilità tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni Ewropea ddelegat ir-responsabbiltà għal perjodu ta’ żmien limitat għall-implimentazzjoni ta’ xi programmi tal-UE lil korpi terzi magħrufin bħala “aġenziji eżekuttivi”, li huma entitajiet legali. Hemm sitt aġenziji eżekuttivi:

Dawn l-aġenziji jamministraw xi wħud mill-funzjonijiet mhux diskrezzjonali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà amministrattiva diretta tal-Kummissjoni, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq il-“kompiti ewlenin” tagħha.

Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tistabbillixxix aġenzija eżekuttiva, testendix il-perjodu tat-tħaddim tagħha jew tagħlaqhiex fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

Kompiti

L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jkunu responsabbli:

  • mill-immaniġġjar tal-fażijiet kollha tal-proġetti;
  • mill-adozzjoni ta’ miżuri tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet;
  • mill-ġbir, l-analiżi u li tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex timplimenta l-programmi.

Il-Kummissjoni ma tistax tafda aġenzija eżekuttiva b’kompiti li jeħtieġu setgħat diskrezzjonali billi tittraduċi l-għażliet politiċi f’azzjoni.

Struttura

L-aġenziji eżekuttivi huma mmexxija minn kumitat tat-tmexxija u direttur.

  • Il-kumitat tat-tmexxija jikkonsisti f’ħames membri maħturin mill-Kummissjoni għal sentejn (li jistgħu jiġġeddu). Huwa jfassal il-programm ta’ ħidma annwali, jadotta l-baġit tat-tħaddim u r-rapport tal-attività annwali u jimplimenta miżuri biex jiġġieldu l-frodi u l-irregolaritajiet.
  • Id-direttur jinħatar mill-Kummissjoni għal 4 snin (li jistgħu jiġġeddu) u jkun impjegat taċ-ċivil tal-UE.
  • Il-persunal jikkonsisti temporanjament minn impjegati taċ-ċivil tal-UE u minn persunal b’kuntratt reklutat mill-aġenzija.

Superviżjoni

L-aġenziji eżekuttivi huma ssorveljati:

Kull 3 snin, jitfassal rapport ta’ valutazzjoni estern mill-Kummissjoni u jiġi sottomess lil kull kumitat tat-tmexxija tal-aġenzija eżekuttiva, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mis-26 ta’ Jannar 2003.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 u li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU J L 11, 16.1.2003, pp. 1–8).

l-aħħar aġġornament 07.02.2024

Top