EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-trasferiment tan-negozji

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM (2006) 117 final) - Trasferiment tan-Negozju - Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Din tenfasizza kif trasferiment tan-negozju li jirnexxi joffri prospetti sinifikanti għat-tkabbir u l-impjiegi u li għalhekk huwa importanti ħafna li jiġi evitat li n-negozji jagħlqu minħabba ostakoli legali u fiskali li jimblukkaw it-trasferiment tagħhom.
  • Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet xierqa għat-trasferiment tan-negozji.

PUNTI EWLENIN

  • Meta sid tan-negozju jirtira, ta’ spiss in-negozju tiegħu jintemm. Minħabba diffikultajiet legali, fiskali u psikoloġiċi, ħafna trasferimenti ta’ negozji ta’ suċċess ma jirnexxux. Mhuwiex faċli li jinstab suċċessur, speċjalment peress li n-negozji issa ġeneralment jiġu ttrasferiti lil partijiet terzi minflok lil membru tal-familja. Barra minn hekk, ħafna ċittadini Ewropej jippreferu jkunu impjegati, u l-imprendituri huma aktar interessati fil-ħolqien aktar milli f’li jieħdu f’idejhom negozju.
  • Iżda t-teħid ta’ negozju eżistenti joffri ħafna vantaġġi (struttura ta’ produzzjoni stabbilita, netwerk ta’ klijenti, għarfien espert, reputazzjoni tan-negozju, eċċ.). Trasferiment tan-negozju ta’ suċċess huwa wkoll ta’ benefiċċju għat-tkabbir, u konsegwentement, għandu rwol kruċjali fil-ħidma lejn l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020. Pereżempju, in-negozji eżistenti jipprovdu medja ta’ ħames impjiegi għal kull tnejn ipprovduti minn negozju ġdid.
  • It-trasferiment tan-negozji hija prattika li ser taqbad sew matul id-deċennju li ġej, hekk kif terz tas-sidien tan-negozji fl-UE se jirtiraw matul l-għaxar snin li ġejjin. Huwa stmat li 690 000 impriża żgħira jew medja (SMEs) u 2.8 miljun impjieg se jkunu affettwati kull sena. Għalhekk huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet xierqa għat-trasferimenti tan-negozji.
  • Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni qed tipproponi għadd ta’ miżuri ta’ titjib lill-pajjiżi tal-UE, inkluż:
  • 1.

    Attenzjoni politika aktar sostnuta lejn it-trasferimenti

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jippromwovu b’mod sistematiku t-trasferiment tan-negozji bħala alternattiva għall-ħolqien tan-negozji. Dawn għandhom, pereżempju, jikkunsidraw li jintroduċu miżuri ta’ appoġġ għal trasferimenti simili għal dawk disponibbli għall-ħolqien tan-negozju.

  • 2.

    Aktar għarfien fost il-partijiet interessati

  • Bħalissa l-isforz biex jiżdied l-għarfien mhuwiex biżżejjed. Nofs il-pajjiżi tal-UE biss ħadu azzjoni rilevanti. Bħas-sidien tan-negozji li jirtiraw, l-imprendituri ġodda potenzjali għandhom jingħataw attenzjoni speċjali minħabba li t-teħid ta’ negozju eżistenti ta’ spiss joffri alternattiva interessanti għall-ħolqien ta’ negozju. Il-Kummissjoni għalhekk tirrakkomanda li tittieħed aktar azzjoni biex jiżdied l-għarfien fost is-sidien tan-negozji, pereżempju permezz ta’ kmamar tal-kummerċ u punti ta’ kuntatt oħra bħal konsulenti tat-taxxa, accountants jew banek, dwar il-ħtieġa li t-trasferimenti jiġu ppjanati biżżejjed minn qabel.
  • Il-Kummissjoni titlob ukoll lill-pajjiżi tal-UE jħeġġu l-mentoring tas-sistemi bl-għan li s-sidien tan-negozji jiġu megħjuna fil-mument tat-trasferiment.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprevedu approċċi diretti biex jiżdied l-għarfien fost is-sidien tan-negozji, bħal ittri mibgħuta lis-sidien tan-negozji ’l fuq minn ċerta età.
  • 3.

    Il-faċilitazzjoni tal-bidla fl-istatus legali ta’negozju

Kuntratti tas-suċċessjoni, ftehimiet ta’ sħubija, l-istabbiliment ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata u r-ristrutturar kollha huma għodod legali li jistgħu jintużaw sabiex jipprevjenu l-għeluq ta’ negozju. Pereżempju, il-kuntratt tas-suċċessjoni, li huwa pprojbit f’ħafna pajjiżi, il-ftehim ta’ sħubija jew l-istabbiliment ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata jagħmluha possibbli li tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju fil-każ tal-mewt tas-sid jew ta’ assoċjat. Meta jinbidel status legali, negozju li jkun se jiġi ttrasferit jista’ jgħaddi minn ristrutturar legali sabiex tiġi evitata l-likwidazzjoni.

  • 4.

    Finanzjament imtejjeb tat-trasferimenti

  • L-ambjent finanzjarju rari huwa favorevoli għat-trasferimenti tan-negozji. Huwa minnu li t-trasferiment ta’ negozju jwassal għal għadd ta’ diffikultajiet.
    • huwa jeħtieġ aktar kapital mill-ħolqien ta’ negozju, iżda l-faċilitajiet finanzjarji ddisinjati għall-ħolqien ta’ negozju spiss ma jkunux biżżejjed għat-trasferimenti.
    • il-banek spiss iqisu l-finanzjament ta’ trasferimenti bħala għali wisq jew riskjuż wisq, speċjalment għal negozji żgħar.
    • xi kultant huwa diffiċli li tinstab soluzzjoni finanzjarja fil-ħin, peress li tali soluzzjoni spiss tieħu l-għamla ta’ kombinazzjoni ta’ ekwità u self.
  • Il-Kummissjoni għalhekk tirrakkomanda li l-pajjiżi tal-UE jipprovdu kundizzjonijiet finanzjarji xierqa bħal għajnuna għan-negozji ġodda, self u garanziji. Il-garanziji għal ekwitajiet fl-SMEs għandhom jinkludu investimenti ta’ fondi lokali u reġjonali biex jiġi pprovdut kapital inizjali u/jew għal negozji ġodda jew finanzjament intermedju (kombinazzjoni ta’ kapital ta’ ekwità u ta’ dejn).
  • 5.

    Inċentivi fiskali għat-trasferimenti tan-negozju

Għalkemm it-trasferimenti fi ħdan il-familji saru aktar faċli f’ħafna pajjiżi, it-trasferimenti lil partijiet terzi jridu jitħeġġu aktar permezz ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa fuq id-dħul iġġenerat mill-bejgħ ta’ negozju, ħelsien speċifiku mit-taxxa fuq id-dħul investit mill-ġdid f’negozju ieħor jew użat biex jiffinanzja l-irtirar tas-sid tan-negozju, jew eżenzjonijiet fiskali għal impjegaturi li jinvestu fin-negozju tagħhom stess.

  • 6.

    Swieq trasparenti għat-trasferimenti tan-negozji

Il-provvista ta’ servizzi imparzjali biex jaġixxu bħala medjaturi bejn xerrejja u bejjiegħa potenzjali għandha tagħmel possibbli l-organizzazzjoni ta’ swieq trasparenti għat-trasferimenti tan-negozji. F’xi pajjiżi, il-kmamar tal-kummerċ jieħdu din ir-responsabbiltà f’idejhom .

Biex jiġu implimentati dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha, jeħtieġ li tinħoloq infrastruttura ta’appoġġinformazzjonimin iħarreġmaterjal edukattiv. biex jintlaħqu mijiet ta’ eluf ta’ negozji li se jkunu affettwati minn trasferiment matul il-ftit snin li ġejjin. Din l-infrastruttura ta’ implimentazzjoni se tagħmel użu mill-pajjiżi tal-UE, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom, u organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għan-negozji. Hija se tinvolvi b’mod partikolari d-disseminazzjoni ta’informazzjonimin iħarreġmaterjal edukattiv. lil dawk li jipprovdu appoġġ, it-taħriġ ta’min iħarreġmaterjal edukattiv. u l-iżvilupp ta’materjal edukattiv.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi - Trasferiment tan-negozju - Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid (KUMM (2006) 117 finali, 14.3.2006)

l-aħħar aġġornament 01.12.2016

Top