Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Bluetongue

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Bluetongue

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2000/75/KE – regoli għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

Din id-Direttiva u l-emendi sussegwenti tagħha jistabbilixxu miżuri dettaljati biex jikkontrollaw u jeradikaw il-marda tal-bluetongue*, u jiddeskrivu l-proċeduri li għandhom jiġu adottati fil-każ ta’ tifqigħa.

PUNTI EWLENIN

  • Il-każijiet suspettati jew ikkonfermati tal-virus tal-bluetongue għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-UE kkonċernat qabel jiġu implimentati l-miżuri.
  • Meta jkun hemm suspett ta’ każ ta’ bluetongue, il-veterinarju għandu jqiegħed il-merħla taħt sorveljanza, iwettaq inventarju tal-annimali u tal-bini, jagħmel stħarriġ epidemjoloġiku u jeżerċita projbizzjoni fuq il-movimenti, jikkura l-annimali b’insettiċidi u jarmi l-karkassi.
  • Jekk il-marda tiġi kkonfermata, dawn il-miżuri ser jiġu estiżi għall-azjendi* kollha f’raġġ ta’ 20 km. Barra minn hekk, żona ta’ protezzjoni ser testendi fuq raġġ ta’ mill-inqas 100 km madwar l-azjenda infettata, fejn l-annimali kollha għandhom jiġu identifikati u ma jistgħux joħorġu miż-żona. L-awtorità għandha tistabbilixxi programm ta’ sorveljanza epidemjoloġika. Jista’ wkoll jiġi stabbilit programm ta’ tilqim f’din iż-żona.
  • Żona ta’ sorveljanza ser testendi għal mill-inqas 50 km lil hinn miż-żona ta’ protezzjoni bl-istess miżuri għall-identifikazzjoni, ir-restrizzjoni tal-moviment u s-sorveljanza bħaż-żona ta’ protezzjoni, iżda bi projbizzjoni fuq it-tilqim. Iż-żoni jistgħu jiġu estiżi jew jitnaqqsu skont iċ-ċirkostanzi.
  • It-tilqim huwa permess abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju speċifika u bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tiġi infurmata qabel dan iseħħ. Tista’ ssir xi kontribuzzjoni għall-ispejjeż.
  • Tilqim inattivat ġdid sar disponibbli minn meta ġiet ippubblikata d-direttiva oriġinali, u l-użu tagħhom matul it-tifqigħat tal-2008 u l-2009 wassal għal titjib sinifikanti fil-kontroll tal-bluetongue. It-tilqim inattivat issa huwa ppreferut fuq it-tilqim ħaj aktar antik li kien iġorr xi riskju li l-virus jinxtered.

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Hija bdiet tapplika mit-22 ta’ Diċembru 2000. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali mill-1 ta’ Jannar 2002.

Id-Direttiva 2000/75/KE ser tiġi sostitwita bir-Regolment (UE) 2016/429 mill-20 ta’ April 2021.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Il-marda tal-Bluetongue: marda virali li ma titteħidx u li ġejja minn kironomi ta’ ruminanti, primarjament in-nagħaġ. Is-sintomi jinkludu selħiet, zappip u problemi fir-riproduzzjoni. M’hemm l-ebda kura effettiva, l-annimali affettwati jistgħu jmutu wara ftit jiem u, għal dawk li jsalvaw, l-irkupru jista’ jdum diversi xhur. Il-marda mhijiex theddida għall-bnedmin.
Azjenda: stabbiliment agrikolu jew stabbiliment ieħor fejn jitrabbew jew jinżammu b’mod temporanju jew permanenti l-annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 74–83)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2000/75/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/655/KE tal-24 ta’ Lulju 2008 li tapprova l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue ta’ ċerti Stati Membri u li tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-2007 u l-2008 (ĠU L 214, 9.8.2008, pp. 66–69)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/845/KE tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-blue tongue fl-importazzjoni ta’ ċerti annimali, kif ukoll il-likwidu seminali, l-ova u l-embrijoni tagħhom mill-Albanija u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 61)

l-aħħar aġġornament 23.10.2017

Top