EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-ġlieda tal-UE kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali — COM(2010) 758 finali

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Tistabbilixxi l-pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Tistabbilixxi kif politiki u azzjonijiet speċifiċi differenti jistgħu jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira li sal-2020 tal-inqas 20 miljun ruħ jintrefgħu mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

Il-Pjattaforma hija mfassla biex toħloq sħubija bejn gruppi differenti fis-soċjetà inklużi gvernijiet nazzjonali, istituzzjonijiet tal-UE, awtoritajiet reġjonali u lokali, NGOs u persuni li huma stess qegħdin fil-faqar.

L-isħubija tagħhom hija mmirata lejn l-iżvilupp ta’ approċċi madwar l-UE kollha fl-oqsma kollha marbuta mal-inklużjoni soċjali, b’mod partikulari:

  • l-aċċess għall-impjiegi, billi jiġu vvalutati l-istrateġiji nazzjonali ta’ inklużjoni u l-istrateġija Ewropea biex jiġu żviluppati l-impjiegi u l-ħiliet tal-ħaddiema
  • l-aċċess għal servizzi bażiċi u protezzjoni soċjali, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ popolazzjonijiet li qed jixjieħu u ż-żieda fl-esklużjoni soċjali
  • l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni
  • l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tal-migranti, permezz ta’ strateġija Ewropa ġdida
  • l-indirizzar tad-diskriminazzjoni, speċjalment kontra minoranzi, persuni b’diżabilitajiet u persuni mingħajr dar, iżda wkoll titjib fl-indipendenza finanzjarja u fl-ugwaljanza bejn is-sessi.
  • l-aċċess għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, servizzi tan-netwerk, kif ukoll servizzi finanzjarji (ibbankjar bażiku) u tal-enerġija (dawl u tisħin).

5 oqsma ta’ azzjoni:

Azzjoni ewlenija

Il-pajjiżi kollha tal-UE stabbilixxew miri nazzjonali u politiki għat-tkabbir filwaqt li qiesu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni timmonitorja dawn ir-riformi permezz ta’ ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika msejħa s-semestru Ewropew. Imbagħad tipprovdi rakkomandazzjonijiet għat-12-18-il xahar sussegwenti.

Il-progress fil-5 oqsma ta’ azzjoni jiġi rreġistrat fuq tabelli ta’ valutazzjoni. Minn Lulju 2013, tlestew 23 minn 64 inizjattiva tal-Kummissjoni. Dawn jinkludu:

Azzjoni kontinwa tinkludi t-tnedija ta’ sħubija Ewropea għal innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b’saħħtu u l-iżgurar li l-objettivi tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali jinżammu f’Orizzont 2020, il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-2014-20.

SFOND

Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali (COM(2010) 758 finali tas-16.12.2010)

l-aħħar aġġornament 15.10.2015

Top