EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Statistika dwar is-saħħa pubblika / is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli dwar kif għandha tinġabar u tiġi ppreżentata l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol biex tiġi pprovduta data komparabbli fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE).
  • Dan se jgħin lill-UE tipproduċi politika effettiva dwar is-saħħa pubblika u tappoġġa l-istrateġiji nazzjonali f’dan il-qasam.

PUNTI EWLENIN

L-istatistika miġbura mill-Istati Membri, mil-Liechtenstein, mill-Iżlanda u min-Norveġja tintbagħat lill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, il-Eurostat.

L-istatistika li tinġabar tkopri s-suġġetti li ġejjin.

  • Is-saħħa u l-fatturi li jaffettwawha:
    • il-perċezzjonijiet tas-saħħa;
    • il-funzjonament fiżiku u mentali u d-diżabilità;
    • morbożità* ir-rati, maqsuma skont id-dijanjożi;
    • l-inċidenti u l-korrimenti;
    • l-istil ta’ ħajja (eżerċizzju, dieta, tipjip, alkoħol, l-użu tad-droga, eċċ.) u l-fatturi ambjentali, soċjali u okkupazzjonali;
    • l-aċċess għal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u l-użu tagħhom;
    • informazzjoni demografika u soċjoekonomika dwar individwi.
  • Il-kura tas-saħħa:
    • il-faċilitajiet;
    • il-persunal;
    • l-ispejjeż u l-finanzjament.
  • Il-kawżi tal-mewt:
    • karatteristiċi tal-mejjet;
    • ir-reġjun;
    • il-kawżi sottostanti tal-mewt.
  • L-aċċidenti fuq ix-xogħol, mard okkupazzjonali u problemi ta’ saħħa oħrajn relatati max-xogħol:
    • il-persuna affettwata;
    • il-korriment jew il-mard u s-severità tiegħu;
    • l-organizzazzjoni u l-post tax-xogħol;
    • il-kawżi u l-fatturi involuti.

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 kien segwit minn bosta regolamenti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli u proċeduri aktar dettaljati dwar aspetti oħrajn tal-ġbir ta’ statistika dwar is-saħħa.

  • Ir-Regolament (UE) Nru 328/2011. Kawżi sottostanti ta’ mwiet u ta’ twelid ta’ trabi mejtin f’kull Stat Membru.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 349/2011. Il-ġbir ta’ statistika dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol.
  • Ir-Regolament (UE) Nru 141/2013. Statistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ intervisti (EHIS).
  • Ir-Regolament (UE) 2015/359. Il-produzzjoni ta’ statistika dwar in-nefqa u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa (għall-perjodu ta’ referenza 2014-2020).
  • Ir-Regolament (UE) 2018/255. Statistika bbażata fuq l-EHIS.
  • Ir-Regolament (UE) 2021/1901. Il-produzzjoni ta’ statistika dwar in-nefqa u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa (bl-2021 bħala l-ewwel sena ta’ referenza).
  • Ir-Regolament (UE) 2022/2294. Il-produzzjoni ta’ statistika dwar il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi umani tal-kura tas-saħħa u l-użu tal-kura tas-saħħa.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilha tapplika mid-20 ta’ Jannar 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Morbożità. Il-prevalenza tal-mard jew ta’ marda speċifika f’żona ġeografika.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 70–81).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2294 tat-23 ta’ Novembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi umani tal-kura tas-saħħa u l-użu tal-kura tas-saħħa (ĠU L 304, 24.11.2022, pp. 42–52).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1901 tad-29 ta’ Ottubru 2021 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar nefqa u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 387, 3.11.2021, pp. 110–119).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/255 tad-19 ta’ Frar 2018 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) (ĠU L 48, 21.2.2018, pp. 12–38).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, pp. 6–15).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, pp. 20–48).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal-11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol (ĠU L 97, 12.4.2011, pp. 3–8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet (ĠU L 90, 6.4.2011, pp. 22–24).

l-aħħar aġġornament 26.01.2023

Top