EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-kultura u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konklużjonijiet dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u l-pajjiżi tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAL-KONKLUŻJONIJIET?

  • Dawn għandhom l-għan li jħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) jiddefinixxu approċċi sabiex jitmexxew ir-relazzjonijiet kulturali ma’ pajjiżi mhux tal-UE.
  • Dawn taw kontribut sabiex jingħata bidu għal proċess li permezz tiegħu:

PUNTI EWLENIN

  • Il-konklużjonijiet jenfasizzaw li l-iskambji kulturali u d-djalogu interkulturali fil-livell globali jikkontribwixxu bil-kbir sabiex jitlaqqgħu il-persuni flimkien u biex jiġu msaħħa s-soċjetà u l-ekonomija. B’dan f’moħħha, l-UE jeħtieġ li tinkorpora l-kultura fil-programmi u l-politiki tagħha dwar ir-relazzjonijiet esterni, kif ukoll fil-kollaborazzjoni tagħha ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali.
  • Fost affarijiet oħrajn, huma jitolbu lill-pajjiżi tal-UE u lill-Kummissjoni biex:
    • iħeġġu d-djalogu interkulturali permezz ta’ proġetti, azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u skambji ta’ prattiki tajbin fi ħdan u barra mill-UE kemm għall-professjonisti kulturali u kemm għaż-żgħażagħ;
    • jappoġġaw l-iżvilupp tal-multilingwiżmu u tal-ħiliet interkulturali;
    • jippromwovu l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO tal-2005, li l-UE hija parti għaliha;
    • jiddefinixxu strateġija tal-UE biex il-kultura tiġi inkorporata fil-politiki dwar ir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’mod konsistenti u sistematiku, billi jiġi żgurat li l-attivitajiet fuq il-livell tal-UE jikkomplementaw lil dawk tal-pajjiżi tal-UE;
    • jippromwovu l-attivitajiet kulturali Ewropej, il-prodotti u s-servizzi barra l-UE, kif ukoll il-mobilità internazzjonali tal-professjonisti kulturali Ewropej;
    • jgħinu biex jiġu miġġielda l-kontrafazzjoni, il-piraterija u s-serq u t-traffikar tal-beni kulturali fil-livell internazzjonali;
    • jipproteġu, jippreservaw u jippromwovu l-wirt kulturali.
  • Bl-għan li jiġu definiti aħjar l-istrateġiji u l-attivitajiet tal-UE f’dan il-qasam, il-konklużjonijiet jenfasizzaw l-importanza ta’ analiżi bir-reqqa tas-setturi kulturali tal-pajjiżi sħab. Dawn jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal:
    • programmi ta’finanzjament li għandhom jiġu definiti u mfassla għas-settur kulturali fejn l-istrutturi ta’ produzzjoni u distribuzzjoni jistgħu jkunu żgħar u jkollhom karatteristiċi speċifikament lokali;
    • informazzjoni aħjar dwar il-programmi ta’ appoġġ u attivitajiet għal parteċipanti potenzjali;
    • aktar involviment tal-artisti, professjonisti kulturali u s-soċjetà ċivili fl-UE u pajjiżi sħab fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ politiki kulturali esterni;
    • aktar kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kulturali tal-pajjiżi tal-UE li jaħdmu f’pajjiżi sħab u l-iżvilupp tan-netwerks.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-16 ta’ Diċembru 2008, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u tad-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha (ĠU C 320, 16.12.2008, pp. 10-12)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali (JOIN(2016) 29 final, 8.6.2016)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU C 417, 15.12.2015, pp. 41–43)

l-aħħar aġġornament 08.11.2016

Top