Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Proċeduri leġiżlattivi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Proċeduri leġiżlattivi

 

SOMMARJU TA’:

Artikolu 289 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU 289 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA?

Huwa jfassal mill-ġdid il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-UE, u b’hekk isaħħaħ il-kapaċità tagħha li tieħu deċiżjonijiet u azzjoni.

PUNTI EWLENIN

L-Artikolu 289 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkonċerna żewġ tipi ta’ proċeduri leġiżlattivi:

Proċedura leġiżlattiva ordinarja

  • Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur mal-Kunsill. Oriġinarjament introdotta fit-Trattat ta’ Maastricht, meta kienet imsejħa l-proċedura ta’ kodeċiżjoni, din il-proċedura issa hija l-aktar metodu użat fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. It-TFUE jibdilha isimha u jestendiha biex tkopri oqsma ta’ politika bħal:
  • It-tħaddim tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja huwa deskritt fid-dettall fl-Artikolu 294 tat-TFUE. Il-Parlament u l-Kunsill jilleġiżlaw fuq l-istess livell. Iż-żewġ istituzzjonijiet jadottaw atti leġiżlattivi jew fl-ewwel qari jew fit-tieni qari. Jekk, wara t-tieni qari, iż-żewġ istituzzjonijiet ikunu għadhom ma laħqux ftehim, jitlaqqa’ Kumitat ta’ Konċiljazzjoni.
  • Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, id-deċiżjonijiet jiġu adottati minn maġġoranza kwalifikata, li hija sistema li tiżgura:
    • li tittieħed deċiżjoni meta jkun hemm kemm maġġoranza ta’ pajjiżi tal-UE (55 % fil-parti l-kbira tal-każijiet, iżda xi drabi 72 %); u
    • li dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-UE.
  • It-TFUE jintroduċi wkoll “klawżoli passerelle”. Dawn il-klawżoli jippermettu l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f’oqsma oħra li normalment ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, taħt ċerti kundizzjonijiet.

Proċeduri leġiżlattivi speċjali

Il-proċeduri leġiżlattivi speċjali, kif jimplika l-isem tagħhom, huma l-eċċezzjoni mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dawn jintużaw f’ċerti oqsma ta’ politika li huma aktar sensittivi. Għall-kuntrarju tal-każ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, it-TFUE ma jagħtix deskrizzjoni preċiża tal-proċeduri leġiżlattivi speċjali. Ir-regoli għal dawn għalhekk jiġu ddefiniti fuq bażi ta’ każ b’każ mill-artikoli tat-trattat li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.

Skont il-proċeduri leġiżlattivi speċjali, fil-prattika, il-Kunsill huwa l-uniku leġiżlatur. Il-Parlament huwa sempliċement assoċjat mal-proċedura. Ir-rwol tiegħu għalhekk huwa limitat għal konsultazzjoni (bħal skont l-Artikolu 89 tat-TFUE li jikkonċerna operazzjonijiet transkonfinali tal-pulizija) jew kunsens (bħal skont l-Artikolu 86 tat-TFUE li jikkonċerna l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew), skont il-każ.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — is-Sitt Parti: Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I: Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 2: Atti legali tal-Unjoni, proċeduri ta’ adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn — Taqsima 1: L-atti legali tal-Unjoni (Artikolu 289) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 172)

l-aħħar aġġornament 19.09.2017

Top