Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-politika komuni tas-sajd tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-politika komuni tas-sajd

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-regolament jinkludi r-regoli bażiċi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) fl-Unjoni Ewropea (UE).
  • L-għan tal-PKS huwa li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għal sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul. F’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew (ara s-sommarju) u l-istrateġija tal-bijodiversità 2030 (ara s-sommarju), is-sajd tal-UE huwa rregolat mill-prinċipju ta’ prekawzjoni biex tillimita l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema marina.
  • Il-PKS tibni fuq erba’ pilastri:
  • Il-PKS tistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tas-sajd, u b’hekk tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marini, żieda fil-produttività, standard ta’ ħajja ġusta għas-settur tas-sajd, swieq stabbli u d-disponibilità ta’ provvisti tal-ikel bi prezzijiet raġonevoli. Fejn jidħlu miżuri tas-suq u miżuri finanzjarji, il-PKS tkopri wkoll riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu u attivitajiet tal-akkwakultura, kif ukoll l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

PUNTI EWLENIN

  • Il-ġestjoni tas-sajd għandha l-għan li tippermetti lis-sajjieda jimmassimizzaw il-qabdiet tagħhom mingħajr ma jheddu r-riproduzzjoni tal-istokkijiet tal-ħut (ir-“rendiment massimu sostenibbli*. Għal dan il-għan, qabdiet totali permissibbli (jew “opportunitajiet għas-sajd”) huma stabbiliti għal ħafna stokkijiet ta’ ħut kummerċjali. Il-livelli tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet kollha sal-2015, jekk possibbli, mhux aktar tard mill-2020.
  • Il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut huwa bbażat fuq parir xjentifiku. L-Istati Membri tal-UE għandhom jiġbru, jimmaniġġjaw u jagħmlu disponibbli d-data meħtieġa għal parir xjentifiku. Dan jinkludi data bijoloġika, ambjentali u soċjoekonomika. Attivitajiet tal-ġbir tad-data huma appoġġati finanzjarjament mill-UE.
  • Meta tintroduċi obbligu ta’ ħatt l-art*, il-PKS għandha l-għan li ttemm il-prattika ta’ ħala tar-ritorn ta’ qabdiet mhux mixtieqa fil-baħar (rimi). l-obbligu ta’ ħatt l-art tneħħa b’mod gradwali fuq il-perjodu 2015–2019 u issa huwa kompletament fis-seħħ, u jeħtieġ li s-sajjieda jħottu l-art il-qabdiet kollha ta’ speċi kummerċjali regolati.
  • Pjanijiet pluriennali jistabbilixxu miri għall-immaniġġjar tal-istokkijiet tal-ħut. Minħabba li l-adozzjoni ta’ pjanijiet pluriennali jew pjanijiet ta’ ġestjoni li jinkludu pjanijiet ta’ rimi tieħu aktar żmien milli previst, ir-Regolament (UE) 2017/2092 (jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta pjanijiet ta’ rimi.
  • Miżuri tekniċi huma grupp ta’ regoli wiesa’ li jirregolaw kif, fejn u meta s-sajjieda jistgħu jistagħdu. Dawn huma stabbiliti għall-baċiri tal-ibħra Ewropej kollha, imma huma differenti ħafna bejn baċir tal-baħar u ieħor, u jirriflettu ċirkostanzi reġjonali.
  • Il-PKS tiddeċentralizza t-teħid tad-deċiżjonijiet billi tqarribha lejn iż-żoni tas-sajd (proċess magħruf bħala reġjonalizzazzjoni). Hija tipprovdi għall-istabbiliment ta’ kunsilli konsultattivi għal kull żona ġeografika. Stati Membri b’interess ta’ maniġment f’żona partikolari jistgħu jipproponu miżuri dettaljati, li l-Kummissjoni tista’ tadotta fil-liġi tal-UE.
  • Sistema ta’ kontroll tas-sajd tiżgura konformità mar-regoli tal-PKS, inkluża l-ġlieda kontra sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat (Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 – ara s-sommarju). Ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012 (ara s-sommarju) jistabbilixxi r-regoli li japplikaw għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut f’pajjiżi b’sajd mhux sostenibbli.
  • Standards ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta’ tikkettar, kwalità u traċċabilità jippermettu lill-konsumaturi jkunu infurmati aħjar dwar l-oriġini tal-ħut li jixtru u l-mod ta’ produzzjoni tiegħu.
  • Il-prinċipju tas-sostenibbiltà issa japplika għall-bastimenti tal-UE li jistadu barra l-ilmijiet tal-UE. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli f’isem l-UE ma’ ċerti pajjiżi msieħba mhux tal-UE. Dawn il-ftehimiet:
    • Iħallu bastimenti tal-UE biex jistadu għal stokkijiet żejda fiż-żona ekonomika esklużiva* tal-pajjiż imsieħeb tal-pajjiż sieħeb f’ambjent regolat legalment bi tpattija għal kontribuzzjoni finanzjarja;
    • jiffokaw fuq il-konservazzjoni tar-riżorsi u s-sostenibbiltà ambjentali, jiżguraw li l-bastimenti kollha tal-UE jkunu soġġetti għall-istess regoli ta’ kontroll u trasparenza.
  • L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli permezz ta’ pjanijiet nazzjonali pluriennali.

Reviżjoni tal-PKS riformata

Kull sena, il-Kummissjoni tippubblika komunikazzjoni li tiddeskrivi l-progress dwar is-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u tniedi konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar l-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd annwali għas-sena li ġejja. Din il-komunikazzjoni tevalwa l-progress li sar lejn is-sostenibilità tas-sajd fl-UE u tirrevedi l-bilanċ bejn kapaċitajiet tas-sajd u opportunitajiet tas-sajd, il-prestazzjoni soċjoekonomika tas-settur u l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art. Hija tistabbilixxi wkoll ir-razzjonal għall-proposta tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sena ta’ wara.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilhu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

  • Il-PKS tnediet għall-ewwel darba fl-1970. Għaddiet minn bosta riformi, li l-aktar reċenti tagħhom daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
  • Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Rendiment massimu sostenibbli. L-akbar rendiment teoretiku ta’ ekwilibriju li jista’ jittieħed kontinwament bħala medja minn stokk f’kundizzjonijiet ambjentali eżistenti medji mingħajr ma jiġi affettwat b’mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni.
Obbligu ta’ ħatt l-art. Ir-rekwiżiti għal bastimenti tal-UE biex iħottu l-art il-qabdiet kollha biex ittemm il-prattiċi ħalja li jirritornaw qabdiet mhux mixtieqa fil-baħar.
Iż-żona ekonomika esklussiva. Żona ta’ ilma kostali u qiegħ il-baħar f’ċerta distanza tal-linja tal-kosta ta’ pajjiż, li għaliha l-pajjiż jitlob drittijiet esklussivi għas-sajd, it-tħaffir u attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22–61).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, pp. 1-49).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Lejn sajd aktar sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2022 (COM(2021) 279 final, 9.6.2021).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final, 11.12.2019).

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, pp. 105–201).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar it-twaqqif ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, pp. 1–21).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, pp. 1–52).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 1026/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti miżuri għall-iskop tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fir-rigward ta’ pajjiżi li jippermettu sajd mhux sostenibbli (ĠU L 316, 14.11.2012, pp. 34–37).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1-50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, pp. 1–32).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.03.2022

Top