EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/361/04

Sejħa għall-Proposti 2018 — EAC/A05/2017 — Il-Programm Erasmus+

OJ C 361, 25.10.2017, p. 32–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/32


Sejħa għall-Proposti 2018 — EAC/A05/2017

Il-Programm Erasmus+

(2017/C 361/04)

1.   Introduzzjoni u għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport kif ukoll fuq il-programmi ta’ ħidma annwali Erasmus + tal-2017 u l-2018. Il-Programm Erasmus + ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Masters Konġunti Erasmus Mundus

L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Alleanzi tal-għarfien

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika

Id-Djalogu Strutturat: Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

Attivitajiet Jean Monnet

Seduti Jean Monnet

Moduli Jean Monnet

Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet

Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet

Netwerks Jean Monnet

Proġetti Jean Monnet

L-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja finanzjarja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti ma tibqax tirċievi fondi mill-UE (filwaqt li tibqa’ tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tintalab tħalli l-proġett.

4.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

L-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa qed issir bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2018 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2018 mill-awtorità baġitarja jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif inhu previst mis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

L-awtorità leġiżlattiva Ewropea tadotta l-Programmi Indikattivi Pluriennali (MIPs) tal-2018-2020 mingħajr ebda tibdil sinifikanti.

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 490,9 miljun:

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ:

EUR

2 253,2 miljun (3)

Iż-Żgħażagħ:

EUR

188,2 miljun

Jean Monnet:

EUR

12,1 miljun

L-Isport:

EUR

37,4 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/index_mt.htm

fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-1 ta’ Frar 2018

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

L-1 ta’ Frar 2018

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti

L-1 ta’ Frar 2018

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

Is-26 ta’ April 2018

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-4 ta’ Ottubru 2018

Masters Konġunti Erasmus Mundus

Il-15 ta’ Frar 2018


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-1 ta’ Frar 2018

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-21 ta’ Marzu 2018

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

Is-26 ta’ April 2018

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

L-4 ta’ Ottubru 2018

Alleanzi tal-għarfien

It-28 ta’ Frar 2018

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

It-28 ta’ Frar 2018

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

It-8 ta’ Frar 2018

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

It-8 ta’ Marzu 2018


Azzjoni Ewlenija 3

Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

L-1 ta’ Frar 2018

Is-26 ta’ April 2018

L-4 ta’ Ottubru 2018


Azzjonijiet Jean Monnet

Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti

It-22 ta’ Frar 2018


Azzjonijiet tal-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Il-5 ta’ April 2018

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Il-5 ta’ April 2018

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

Il-5 ta’ April 2018

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+:

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide_mt

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(3)  Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 328 miljun b’kollox).


Top