EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/434A/01
Notice of open competition — EPSO/AST/134/14 — Assistants (AST 3) in the field of parliamentary work
Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EPSO/AST/134/14 — Assistenti (AST 3) fil-qasam tal-ħidma parlamentari
Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa — EPSO/AST/134/14 — Assistenti (AST 3) fil-qasam tal-ħidma parlamentari
OJ C 434A, 4.12.2014, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 434/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
EPSO/AST/134/14
ASSISTENTI (AST 3) FIL-QASAM TAL-ĦIDMA PARLAMENTARI
(2014/C 434 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa abbażi tal-kwalifiki u ta’ eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva li minnha jimtlew postijiet vakanti għall-uffiċjali bħala “Assistenti” (1) fil-Parlament Ewropew.
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa r-Regoli Ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta’ Marzu 2014 u fuq is-sit web tal-EPSO. Dawn ir-Regoli Ġenerali jiffurmaw parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni u jgħinuk tifhem ir-regoli dwar il-proċedura u kif għandek tapplika. |
WERREJ
I. |
KUNTEST ĠENERALI |
II. |
DMIRIJIET |
III. |
ELIĠIBBILTÀ |
IV. |
TESTIJIET TAL-AMMISSJONI |
V. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI |
VI. |
ĊENTRU TA’ VALUTAZZJONI |
VII. |
VERIFIKA TAL-INFORMAZZJONI MOGĦTIJA MILL-KANDIDATI |
VIII. |
LISTA TA’ RIŻERVA |
I. KUNTEST ĠENERALI
|
30 |
||
|
Għandek tapplika b’mod elettroniku billi ssegwi l-istruzzjonijiet indikati fuq is-sit web tal-EPSO, u b’mod partikolari fil-manwal tal-applikazzjoni onlajn. Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): It-13 ta’ Jannar 2015 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell. |
II. DMIRIJIET
Il-Parlament Ewropew (PE) qed ifittex persunal b’esperjenza, b’bosta talenti u b’motivazzjoni għolja sabiex jaħdem għal wieħed jew iktar minn dawn is-setturi relatati mal-assistenza parlamentari:
A. |
ASSISTENZA FIL-ĦIDMA PARLAMENTARI
|
B. |
ATTIVITAJIET TA’ KOMUNIKAZZJONI
|
C. |
KORRISPONDENZA U ĠESTJONI TAL-POSTA
|
D. |
KOMPITI TA’ APPOĠĠ RELATATI MAL-ĦIDMA TA’ KULJUM TA’ SEGRETARJAT TA’ KUMITAT/DELEGAZZJONI/UNITÀ
|
Dawn il-funzjonijiet jeżiġu kuntatti frekwenti ma’ servizzi differenti fid-Direttorat Ġenerali tiegħek u ma’ dipartimenti varji tal-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet Ewropej oħra, mal-assistenti parlamentari, uffiċjali ta’ gruppi politiċi u ma’ partijiet ikkonċernati esterni.
L-għarfien u l-ħiliet speċifiċi fid-diversi oqsma indikati hawn fuq u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ambjent tal-IT u l-għodod speċifiċi tal-IT tal-Parlament Ewropew jeħtieġu ħiliet ta’ litteriżmu tal-IT tajba.
Dawn l-attivitajiet jistgħu jeħtieġu vjaġġar barra minn Brussell fuq bażi ta’ kull xahar, jiġifieri lejn Strasburgu waqt is-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew.
III. ELIĠIBBILTÀ
Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjonijiet elettroniċi , għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
2.1. |
Kwalifiki u esperjenza professjonali Edukazzjoni post sekondarja ċċertifikata minn diploma rilevanti għan-natura tad-dmirijiet, segwita minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, li mill-inqas tnejn minnhom iridu jkunu rilevanti għan-natura tad-dmirijiet jew Edukazzjoni sekondarja ċċertifikata minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, segwita minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sitt snin, li mill-inqas ħamsa minnhom għandhom ikunu rilevanti għan-natura tad-dmirijiet. |
||||||||
2.2. |
Għarfien lingwistiku (2) |
||||||||
Lingwa 1 |
Lingwa prinċipali (livell minimu meħtieġ: C1) Għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||
Lingwa 2 |
It-tieni lingwa, li trid tkun differenti mil-lingwa 1 (livell minimu meħtieġ: B2) Għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana v. il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, f’din il-kompetizzjoni, jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru żgħir ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b’konformità mal-interess tas-servizz li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih kif ukoll jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista’ jiġi affettwat ħażin ħafna. Ilha ħafna l-prattika li jintużaw l-aktar l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż għall-komunikazzjoni interna fl-istituzzjonijiet tal-UE u dawn huma wkoll il-lingwi li jkunu l-aktar ta’ sikwit meħtieġa fil-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-każijiet. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi l-aktar użati bħala t-tieni lingwa fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta’ edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jistenna mill-kandidati għal pożizzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, u meta jitqies il-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, huwa leġittimu li jiġu organizzati testijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jistgħu jaħdmu b’mill-inqas waħda minnhom. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti lill-istituzzjonijiet jevalwaw il-ħila tal-kandidati sabiex jibdew jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg. Għall-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi limitata l-lingwa ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Minbarra dan, dan jiżgura l-uniformità fit-tqabbil tal-kandidati u l-kontroll tal-formoli ta’ applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, fl-interess ta’ trattament ugwali tal-kandidati kollha – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta – kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti eżamijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Xejn minn dan ma jaffettwa l-possibilità ta’ taħriġ sussegwenti sabiex il-persunal ikun jista’ jaħdem fit-tielet lingwa, b’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
IV. TESTIJIET TAL-AMMISSJONI
It-testijiet tal-ammissjoni fuq kompjuter jiġu organizzati mill-EPSO biss jekk in-numru tal-kandidati jkun ogħla minn ċertu limitu. Il-limitu jiġi determinat mid-Direttur tal-EPSO, bħala l-awtorità tal-ħatra, wara li jagħlaq iż-żmien għall-applikazzjonijiet; il-limitu se jkun ikkomunikat lilek fi żmien xieraq, permezz tal-kont EPSO tiegħek.
Il-bord tas-selezzjoni jiddetermina l-livell ta’ diffikultà ta’ dawn it-testijiet (deskritti fit-tabella ta’ hawn taħt) u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima I.2). Attenzjoni:
|
||||||||
|
Sensiela ta’ testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b’għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet fir-rigward ta’: |
||||||||
Test (a) |
Ir-raġunament verbali |
Marki: minn 0 sa 20 Il-minimu meħtieġ: 10 |
|||||||
Test (b) |
Ir-raġunament numeriku |
Marki: minn 0 sa 10 |
|||||||
Test (c) |
Ir-raġunament astratt |
Marki: minn 0 sa 10 |
|||||||
|
Il-minimu meħtieġ għaż-żewġ testijiet (b) u (c) flimkien huwa ta’ 10 punti |
||||||||
|
Lingwa 1 |
Jekk ma jsirux testijiet tal-ammissjoni, dawn it-testijiet tar-raġunament jiffurmaw parti miċ-ċentru ta’ valutazzjoni (ara t-Taqsima VI.2).
V. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI
1. Proċedura
Inizjalment, il-kontrolli għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki jsiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek onlajn.
(a) |
It-tweġibiet tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jiġu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk tistax tiġi inkluż fil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni (ara t-Taqsima III). |
(b) |
Imbagħad, il-bord tas-selezzjoni jevalwa l-kandidati eliġibbli għall-kompetizzjoni, fuq il-bażi tal-kwalifiki tagħhom sabiex jidentifika liema huma l-kandidati li għandhom l-aktar profil (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) li jaqbel mad-dmirijiet u l-kriterji għas-selezzjoni deskritti f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. Din is-selezzjoni ssir biss abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-parti “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”) skont il-klassifikazzjoni stabbilita kif ġej:
|
Fil-każ li jiġu organizzati testijiet ta’ ammissjoni minn qabel (ara t-Taqsima IV), il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ssir, f’ordni dixxendenti tal-punti miksuba, sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati li:
jilħqu l-livell minimu stabbilit mill-awtorità tal-ħatra (3). F’każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn il-kandidati kollha jiġu inklużi fil-fażi ta’ selezzjoni abbażi tal-kwalifiki (ara (a) u (b) aktar ’il fuq). L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jkunux eżaminati. |
Imbagħad, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista tal-kandidati skont dawn il-marki globali. L-għadd ta’ kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni (4) jikkorrispondi għal mhux iktar minn 3 darbiet l-għadd ta’ kandidati magħżula (5). Dan in-numru jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
2. Kriterji tas-selezzjoni
Għas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
1. |
esperjenza professjonali fil-produzzjoni, ir-reviżjoni jew il-kontroll ta’ kwalità ta’ dokumenti jew testi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta’ formati jew regoli interni għall-pubblikazzjoni sussegwenti tagħhom fuq kanali uffiċjali onlajn jew id-distribuzzjoni waqt laqgħat uffiċjali; |
2. |
esperjenza professjonali fl-ippjanar jew fl-organizzazzjoni ta’ laqgħat jew avvenimenti f’kuntest internazzjonali jew multilingwi (kemm tal-UE kif ukoll mhux tal-UE) li tinvolvi kuntatti u koordinazzjoni ma’ atturi jew servizzi differenti; |
3. |
esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni ta’ vjaġġi ta’ negozju barra mill-pajjiż għal maniġer jew direttur jew għal grupp ta’ kollegi, inkluża l-previżjoni baġitarja jew impenn ta’ nfiq; |
4. |
esperjenza professjonali fl-għajnuna lill-maniġment fit-twettiq tar-responsabbiltà jew rwol funzjonali jew operattiv tagħhom sabiex jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet; |
5. |
esperjenza professjonali fil-ġbir ta’ informazzjoni estratta minn sorsi jew dokumenti differenti jew il-ġbir fil-qosor tal-fluss ta’ informazzjoni f’Unità jew Diviżjoni jew Dipartiment; |
6. |
esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ testi ta’ spjegazzjoni, sommarji qosra, eċċ. fl-ewwel lingwa tiegħek u bl-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż immirati lejn udjenzi differenti (pereżempju: preżentazzjonijiet interni lill-ġerarkija, id-diffużjoni onlajn, eċċ.); |
7. |
esperjenza professjonali fit-taħriġ jew fl-għoti ta’ pariri tekniċi lil persunal ġdid jew trażmissjoni ta’ linji gwida, struzzjonijiet jew informazzjoni fil-qasam tiegħek ta’ responsabbiltà; |
8. |
esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni jew l-amministrazzjoni ta’ arkivju ta’ dipartiment (fuq karti jew elettroniku); |
9. |
esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ noti jew ittri relatati ma’ attivitajiet ta’ dipartiment (din l-esperjenza professjonali trid tkun differenti minn dik mitluba fil-punti 5 u 6). |
VI. ĊENTRU TA’ VALUTAZZJONI
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati
Jekk inti tiġi mistieden għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni, trid iġġib miegħek il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek inklużi d-dokumenti kollha ta’ appoġġ tal-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza professjonali tiegħek miegħek meta tattendi (7). Proċedura: Ara l-punt 2.1.7 tar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa. |
||||||||||||||||||||||
|
Inti tkun suġġett għal tliet tipi ta’ testijiet ta’ valutazzjoni li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-bord tas-selezzjoni:
|
Kull waħda mill-kompetenzi ġenerali tiġi ttestjata kif ġej:
|
Studju ta’ każ |
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista strutturata |
Analiżi u soluzzjoni ta’ problemi |
x |
x |
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
x |
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
Reżiljenza |
|
x |
x |
Ħidma f’tim |
|
x |
x |
|
Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c) Lingwa 2 għall-partijiet (d), (e), (f) u (g) |
||||||||
|
Kapaċitajiet ta’ raġunament
It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom ma jiżdidux mal-marki tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Kompetenzi speċifiċi (parti (d)) Intervista strutturata dwar il-kompetenzi tiegħek fil-qasam: Minn 0 sa 100 punt Il-minimu meħtieġ: 50 Il-piż tal-marki: 50 % tal-marka globali Kompetenzi ġenerali (partijiet (e), (f) u (g)) Minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali Il-minimu meħtieġ: 3 punti għal kull kompetenza u 35 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha f’daqqa Il-piż tal-marki: 50 % tal-marka globali |
VII. VERIFIKA TAL-INFORMAZZJONI MOGĦTIJA MILL-KANDIDATI
Wara t-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u fid-dawl tar-riżultati, l-informazzjoni mogħtija mill-kandidati fl-applikazzjoni onlajn tagħhom tiġi vverifikata abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn li jkunu pprovdew; din il-verifika ssir mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tas-selezzjoni għall-kundizzjonijiet speċifiċi.
L-applikazzjonijiet tal-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki fil-partijiet (d), (e), (f) u (g) flimkien jiġu verifikati skont l-ordni dixxendenti ta’ mertu. Dawn il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet (a), (b) u (c), fejn applikabbli. Din il-verifika tkompli sakemm jintlaħaq in-numru ta’ kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva u li effettivament huma eliġibbli. Id-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru ma jiġux eżaminati.
Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ta’ sostenn ikunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw l-informazzjoni diġà mogħtija fit-taqsima “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”. Jekk matul din il-verifika jinstab li l-informazzjoni ma tkunx ikkonfermata mid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu skwalifikati.
VIII. LISTA TA’ RIŻERVA
|
Il-bord tas-selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta’ riżerva:
|
||||||
|
Il-lista tiġi stabbilita skont l-ordni alfabetiku. |
(1) F’dan l-avviż, kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll referenza għal persuna tas-sess femminil.
(2) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) – (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr).
(3) Dan in-numru jikkorrispondi mal-limitu msemmi fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima IV.
(4) F’każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
(5) Il-kandidati li ma jkunux mistiedna għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż attribwit għal kull mistoqsija mill-bord tas-selezzjoni.
(6) Minħabba limitazzjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni, it-testijiet tar-raġunament jistgħu jsiru f’ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mit-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
(7) Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO.
(8) Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar dawn il-kompetenzi fil-punt 1.2 tar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa.
(9) F’każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva.