EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/308/07

Sejħiet għal proposti skont il-programm pluriennali ta’ ħidma għal għotjiet fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921)

OJ C 308, 11.9.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/5


Sejħiet għal proposti skont il-programm pluriennali ta’ ħidma għal għotjiet fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921)

2014/C 308/07

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed ivara erba’ sejħiet għal proposti, skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2014-2020, sabiex isiru għotjiet għall-għanijiet ta’ finanzjament li ġejjin:

—   Għan ta’ Finanzjament 1: It-tneħħija tar-restrinġimenti tat-traffiku u t-tgħaqqid ta’ ħoloq neqsin, it-titjib tal-interoperabilità tal-ferroviji, u b’mod partikolari, it-titjib tat-taqsimiet transkonfinali — l-ammont indikattiv għall-proposti magħżula huwa ta’ EUR 5 954,786 miljuni,

—   Għan ta’ Finanzjament 2: L-iżgurar ta’ sistemi ta’ trasport sostenibbli u effiċjenti fit-tul bi tħejjija għall-flussi ta’ traffiku mistennija fil-ġejjieni, kif ukoll sabiex il-modi kollha ta’ trasport jiġu dekarbonizzati permezz ta’ tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi ta’ trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li titjieb is-sikurezza — l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta’ EUR 249 miljun,

—   Għan ta’ Finanzjament 3: L-ottimizzar tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-modi ta’ trasport u t-titjib tal-interoperabilità tas-servizzi tat-trasport filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-infrastrutturi tat-trasport — l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta’ EUR 731,24 miljuni,

—   Għan ta’ Finanzjament 4: Allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni — l-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula huwa ta’ EUR 3 984,08 miljuni.

Il-proposti jridu jitressqu sat-26 ta’ Frar 2015.

It-testi kompluti tas-sejħiet għal proposti huma disponibbli fuq is-sit:

http://inea.ec.europa.eu/en/cef/cef_transport/apply_for_funding/cef_transport_call_for_proposals_2014.htm


Top