EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/227/10

Hercule III — Sejħa għall-proposti — 2014 — Taħriġ u Studji Ġuridiċi

OJ C 227, 17.7.2014, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/16


HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2014

Taħriġ u Studji Ġuridiċi

2014/C 227/10

1.   Introduzzjoni u objettivi

Dan l-avviż għas-Sejħa għall-Proposti huwa msejjes fuq ir-Regolament 250/2014 li jistabbilixxi l-Programm Erkole III (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 2014 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implementazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2014, b’mod speċjali t-taqsima 7.2 (Taħriġ u Studji Ġuridiċi)

L-objettiv ġenerali tal-Programm Hercule III ikun il-protezzjoni tal-interessi finanzjarjital-Unjoni u għalhekk itejjeb il-kompetittivitàtal-ekonomijatal-Unjoni u jiżgura l-protezzjoni ta’ flus il-kontribwenti kif definit fl-Artikolu 3 tal-Programm.

L-objettiv ta’ din is-sejħa huwa li jiġu pprovduti għotjiet b’mod partikolari biex jittejjeb il-grad tal-iżvilupp tal-protezzjoni ġuridika u ġudizzjarja speċifika tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi permezz tal-promozzjoni tal-analizi tal-liġi komparattiva.

Il-Kummissjoni (OLAF) se tagħti għajnuniet finanzjarji għal azzjonijiet li għandhom bħala objettiv:

L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ riċerka bi profil għoli, inklużi studji fil-liġi komparattiva;

It-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-prattikanti u l-akkademiċi (permezz ta’ azzjonijiet bħal konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma), inkluża l-organizzazzjoni tal-laqgħa annwali tal-Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet tal-Liġi Kriminali Ewropea u tal-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjari tal-UE;

Is-sensibilizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġudikatura u fergħat oħra tal-professjoni ġuridika għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-pubblikazzjoni tal-għarfien xjentifiku li jikkonċerna l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-azzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’: studji fil-liġi komparattiva, konferenzi, seminars, gruppi ta’ ħidma, pubblikazzjonijiet perjodiċi, eċċ.

2.   Applikanti eliġibbli

Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:

Amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipanti li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

jew

Istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’ pajjiż parteċipanti, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 7 (2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti minbarra l-Istati Membri.

3.   Il-baġit u d-durata tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-Sejħa għall-Proposti huwa stmat għal EUR 550 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. Is-Sejħa telenka l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq.

L-applikazzjoni trid tirrelata ma’ proġett li jibda fl-1 ta’ Diċembru 2014 l-aktar kmieni u li jispiċċa fl-1 ta’ Diċembru 2015 ta’ qabel.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

4.   Data tal-Għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn:

nhar it-Tnejn, it-8 ta’ Settembru 2014.

5.   Informazzjoni ulterjuri

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti relatati jistgħu jinkisbu fuq is-sit li ġej:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/about-us/funding/index_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-testijiet imsemmijin hawn fuq u jridu jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

OLAF-FMB-HERCULE-LEGAL@ec.europa.eu

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida biex timtela l-Formola ta’ Applikazzjoni fuq il-websajt tal-Internet tal-OLAF jekk dawn ikunu rilevanti għal applikanti oħra.


(1)  Ir-Regolament 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6)

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2014 u l-finanzjament għall-implementazzjoni tal-Programm Hercule III C(2014)3391 tas-26 ta’ Mejju 2014


Top