EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0202

Kawża T-202/17: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2017 – Calhau Correia de Paiva vs Il-Kummissjoni

OJ C 195, 19.6.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/31


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2017 – Calhau Correia de Paiva vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/17)

(2017/C 195/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Calhau Correia de Paiva (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: V. Villante u G. Pandey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet u l-atti segwenti, skont il-każ billi tikkonstata minn qabel li l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 u s-sistema lingwistika inkwistjoni huma illegali u ma japplikawx għar-rikorrenti skont l-Artikolu 277 TFUE;

id-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u tal-bord tal-għażla tad-9 ta’ Novembru 2015 li isem il-kandidata ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14;

id-deċiżjoni tal-EPSO u tal-bord tal-għażla tat-23 ta’ Ġunju 2016 li d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2015 ma tinbidilx u li isem il-kandidata ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva;

id-deċiżjoni tal-EPSO tat-22 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad l-ilment amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti skont l-Artikoli 90(2) tal-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni tal-bord tal-għażla li isem il-kandidata ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 u kontra d-deċiżjoni negattiva ta’ eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet sa fejn l-EPSO impona l-użu ta’ tastiera QWERTY UK, AZERTY FR/BE jew QWERTZ DE għat-twettiq tal-istudju tal-każ, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1 tal-1958 għal dak li jirrigwarda s-sistema lingwistika approvata u msaħħa mill-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/293/14, kif ukoll fuq eċċezzjoni ta’ illegalità u ta’ inapplikabbiltà ta’ dan l-avviż ta’ kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità sa fejn l-EPSO u/jew il-bord tal-għażla llimitaw l-għażla tat-tieni lingwa tal-kandidati fil-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet għal dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ eżami tal-kompetizzjoni tal-EPSO.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn l-EPSO ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu li japprova u li jippromwovi sistema lingwistika speċifika kif ukoll fuq ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn l-EPSO eżerċita funzjonijiet mogħtija lill-bord tal-għażla.


Top