EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0159

Kawża T-159/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972)

OJ C 195, 19.6.2017, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/30


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972)

(Kawża T-159/17)

(2017/C 195/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Claro Sol Cleaning, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solemo Oy (Helsinki, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni “Claro Sol Facility Services desde 1972” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 318 993

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 478/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Jannar 2017, fil-Każ R 478/2016-1, li laqgħet parzjalment l-appell ippreżentat minn Solemo Oy u parzjalment annullat parzjalment id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni Nru B 2472267, fil-konfront tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropa Nru 13.318.993 “Claro Sol Facility Services desde 1972” li tappartjeni għall-appellanti, li permezz tagħha l-imsemmija trade mark ġiet miċħuda totalment għall-klassijiet 37 u 39 u miċħuda parzjalment għall-klassi 35;

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13.318.993 “Claro Sol Facility services desde 1972” għas-servizzi kollha koperti bil-klassijiet 35, 37 u 39, minħabba n-nuqqas ta’ eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fit-territorju li fih hija protetta t-trade mark nazzjonali preċedenti, irreġistrata fil-Finlanda bin-Nru 250.356 “SOL”, li tappartjeni għall-intervenjenti.

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top