EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0661

Kawża C-661/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl

OJ C 86, 20.3.2017, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl

(Kawża C-661/16)

(2017/C 086/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Göppingen

Konvenut: Erich Wirtl

Domandi preliminari

1)

Skont is-sentenza FIRIN tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2014, C-107/13 (1), it-tnaqqis tat-taxxa tal-input fir-rigward ta’ pagament akkont huwa eskluż meta jirriżulta li t-twettiq tal-avveniment li jagħti lok għat-taxxa jkun inċert meta jsir il-ħlas tal-pagament akkont. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tas-sitwazzjoni oġġettiva jew fid-dawl tal-pożizzjoni oġġettiva tal-persuna li tħallas il-pagament akkont?

2)

Is-sentenza FIRIN tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi interpretata fis-sens li, skont id-dritt tal-Unjoni, aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imwettaq mill-persuna li tkun ħallset il-pagament akkont fil-kuntest tal-ħlas ta’ fattura akkont li tikkonċerna l-kunsinna ta’ merkanzija, ma jiddependix mir-rimbors tal-pagament akkont imħallas f’sitwazzjoni fejn din il-kunsinna fl-aħħar mill-aħħar ma titwettaqx?

3)

Fil-każ li d-domanda preliminari preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv: l-Artikolu 186 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), li jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw il-modalitajiet tal-aġġustament previst fl-Artikolu 185 tal-istess direttiva, jawtorizza lil Stat Membru, f’dan il-każ lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, li l-valur taxxabbli jista’ jitnaqqas biss meta jkun ġie rrimborsat il-pagament akkont u, għaldaqstant, li t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ dovuta u t-tnaqqis tat-taxxa tal-input għandhom jiġu aġġustati fl-istess żmien u taħt l-istess kundizzjonijiet?


(1)  ECLI:EU:C:2014:151

(2)  ĠU L 347, p. 1.


Top