EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0321

Kawża C-321/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Lussemburgu) – ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA vs L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 3(a) — Artikoli 11 u 12 — Waqfien tal-operazzjonijiet ta’ installazzjoni — Restituzzjoni ta’ kwoti mhux użati — Perijodu 2008-2012 — Nuqqas ta’ kumpens — Struttura tas-sistema ta’ skambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet)

OJ C 144, 8.5.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Lussemburgu) – ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA vs L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-321/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 3(a) - Artikoli 11 u 12 - Waqfien tal-operazzjonijiet ta’ installazzjoni - Restituzzjoni ta’ kwoti mhux użati - Perijodu 2008-2012 - Nuqqas ta’ kumpens - Struttura tas-sistema ta’ skambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet))

(2017/C 144/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA

Konvenut: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Dispożittiv

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti li teżiġi r-restituzzjoni mingħajr kumpens, totali jew parzjali, ta’ kwoti mhux użati li nħarġu indebitament lil operatur, b’konsegwenza tal-ksur minn dan tal-aħħar tal-obbligu li jinforma fiż-żmien meħtieġ lill-awtorità kompetenti bil-waqfien tal-operazzjoni ta’ impjant.

Il-kwoti maħruġa wara li operatur ikun waqqaf l-attivitajiet eżerċitati fl-impjant ikkonċernat minn dawn il-kwoti, mingħajr ma jkun informa minn qabel lill-awtorità kompetenti, ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala “kwoti” ta’ emissjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/87, kif emendata bir-Regolament Nru 219/2009.


(1)  ĠU C 294, 07.09.2015.


Top