EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0428

Kawża C-428/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit- 18 ta’ Settembru 2014 – DHL Express (Italy) srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

OJ C 462, 22.12.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – DHL Express (Italy) srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-428/14)

(2014/C 462/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express (Italy) srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA

Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Partijiet oħra fil-proċedura

Schenker Italiana SpA

Agility Logistics srl

Domandi preliminari

L-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

i)

l-ANK ma għandhomx il-possibbiltà li jevitaw, fil-prassi tagħhom ta’ applikazzjoni ta’ instrumenti ddefiniti u adottati min-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari, il-programm mudell ta’ klemenza f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, mingħajr ma dan imur kontra dak li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-punti 21 u 22 tas-sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2011, Pfleiderer (C-360/09, Ġabra 2011 p. I-5161);

ii)

bejn it-talba prinċipali għall-immunità li impriża ppreżentat jew li ser tippreżenta lill-Kummissjoni u t-talba simplifikata għall-immunità li hija ppreżentat lil ANK għall-istess akkordju, teżisti rabta legali b’tali mod li l-ANK – minkejja l-kontenut tal-paragrafu 38 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fil-kuntest tan-netwerk tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni – hija obbligata, skont il-paragrafu 22 tal-programm mudell għan-netwerk tal-2006 (li sar il-paragrafu 24 skont in-numerazzjoni tal-programm mudell għan-netwerk tal-2012) u n-nota ta’ spjega 45 (li saret in-nota ta’ spjega 49 skont in-numerazzjoni tal-programm mudell għan-netwerk tal-2012) relatata miegħu: a) tevalwa t-talba simplifikata għall-immunità fid-dawl tat-talba prinċipali, u taħt il-kunidzzjoni li t-talba simplifikata tirrifletti b’mod fidil il-kontenut tat-talba prinċipali; b) sussidjarjament – jekk hija tqis li t-talba simplifikata riċevuta għandha kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae iktar strett minn dak tat-talba prinċipali ppreżentata mill-istess impriża, li abbażi tagħha l-Kummissjoni tat l-immunità kundizzjonali lil din l-impriża – tikkuntattja lill-Kummissjoni jew lill-impriża nnifisha, sabiex jiġi stabbilit jekk, wara l-preżentata tat-talba simplifikata, fil-kuntest tat-twettiq tal-missjonijiet tagħha ta’ investigazzjonijiet interni, il-Kummissjoni kkonstatatx l-eżistenza ta’ eżempji konkreti u speċifiċi ta’ aġir fis-settur allegatament kopert mit-talba prinċipali għall-immunità iżda mhux mit-talba simplifikata għall-immunità;

iii)

fuq il-bażi tal-paragrafi 3 u 22 sa 24 tal-programm mudell għan-netwerk tal-2006 u tan-noti ta’ spejga relatati magħhom 8, 41,45 u 46 u fid-dawl tal-emendi introdotti mill-paragrafi 24 sa 26 tal-programm mudell għan-netwerk tal-2012 u min-noti ta’ spjega relatati magħhom 44 u 49, ANK li, fiż-żmien tal-fatti tal-kawża prinċipali, kienet tapplika programm ta’ klemenza bħal dak deskritt fl-imsemmija kawża, setgħet legalment tirċievi, għal akkordju sigriet speċifiku li għalih l-ewwel impriża ppreżentat jew ser tippreżenta lill-Kummissjoni talba prinċipali għall-immunità: a) sempliċement talba simplifikata għall-immunità min-naħa ta’ din l-impriża jew inkella b) ukoll talbiet simplifikati oħrajn għall-immunità ppreżentati minn impriżi oħrajn, li jkunu ppreżentaw lill-Kummissjoni, b’mod prinċipali, talba għall-immunità “li ma tistax tiġi aċċettata” jiġifieri talba għal tnaqqis tal-multa, b’mod partikolari meta t-talbiet prinċipali ta’ dawn l-impriżi tal-aħħar saru wara li l-ewwel impriża ingħatat l-immunità kundizzjonali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Top